''Is-CPD bi pjan ta’ seba’ snin… aktar ħaddiema, taħriġ u vetturi ġodda''

  • Mar 14, 2019 16:35
  • Miktub minn Melvin Farrugia
"

    Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għandu pjan ta’ seba’ snin, fejn fost l-oħrajn se jkunu qegħdin jiżdiedu l-ħaddiema, se jingħata taħriġ lill-membri ta’ dan id-dipartiment u se jinbidlu l-vetturi kollha. Barra minn hekk, se jiġu rranġati l-fire stations biex l-infrastruttura tagħhom tkun adegwata ħalli taqdi l-bżonnijiet tal-lum u tkun kapaċi biex tirrispondi għall-ħtiġijiet tal-lum u ta’ għada. 

    Hekk stqarr il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Michael Farrugia meta mitlub jikkummenta dwar il-ħidma intensiva li wettqu l-ħaddiema mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fl-aħħar jiem.

    Filwaqt li rringrazzja lill-ħaddiema u lill-qraba tagħhom li jappoġġjawhom, il-Ministru Farrugia qal li f’diversi okkażjonijiet kien anke preżenti fuq il-post fejn seta’ jara x-xogħol siewi u d-dedikazzjoni. Semma fost l-oħrajn l-involviment tagħhom waqt il-maltempata li laqtet lil pajjiżna ħmistax ilu, in-nirien tal-Qawra u anke okkażjonijiet oħrajn li wrew kemm hu importanti li nirrikonoxxu l-ħidma ta’ dawn in-nies. Irrefera wkoll għal okkażjonijiet oħra, li kienu kemmxejn iżjed ħelwin fejn dawn il-ħaddiema ntalbu biex jassistu lil annimali maqbudin u anke nies li sabu ruħhom f’diffikultà. Il-Ministru sostna li anke f’dawn il-każi wieħed irid japprezza li jkollhom jerfgħu t-toqol tal-individwi biex dawn ikunu jistgħu jittieħdu l-isptar u biex jingħataw il-kura. 

    Il-Ministru Farrugia sostna wkoll li f’dan il-pjan hemm inkluża ħidma biex id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jaħdem ma’ entitajiet oħrajn u jikkoordinaw bejniethomm f’każi ta’ diżastri naturali bħalma kellna u anke iktar agħar. Fl-aħħar nett, il-Ministru tal-Intern estenda r-ringrazzjament tiegħu lill-Korpi Dixxiplinati kollha, lill-volontiera, għaqdiet non-governattivi u anke sezzjonijiet mill-privat li f’diversi ċirkostanzi ħadmu flimkien biex jipproteġu u jsalvaw.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0