It-tifla tal-arkitett ta’ Hitler… b’missjon kontra l-antisemitiżmu

  • Mar 14, 2019 16:57
  • Miktub minn iNews
"

    Illum qed ngħixu f’dinja fejn għal darba oħra qed naraw l-anti semitiżmu jiżdied. Il-kriżi tal-immigrazzjoni fl-Ewropea fis-sena 2015 kompliet xprunat dan il-fenomenu.  Jekk naraw x’qed jiġri madwar id-dinja naraw li inċidenti li jikkonċernaw l-anti semitiżmu qed jiżdiedu.  

    Jekk nieħdu l-Istati Uniti naraw li fis-sena 2017 kien hemm żieda ta’ 57 fil-mija f’inċidenti mabutin mal-anti semitiżmu. 

    Minkejja dan, issib li jeżistu persuni li qed jiġġieldu dan bil-qawwa kollha. Xi drabi issib li jkun hemm persuni li qed jiġġieldu dan il-fenomenu u li meta tara minn fejn ġejjin, ma tistax ma tammirax l-inizjattiva tagħhom. 

    Waħda minn dawn hi Hilde Schramm. Forsi l-isem tagħha waħdu ma jfisser xejn. Schramm illum għandha 82 sena  u hi it-tifla ta’ Albert Speer, li kien l-arkitett tad-dittatur Nażista Adolf Hitler. Wara dan Speer sar il-Ministru tal-Gwerra. Schramm, għamlitha l-missjoni tagħha li tiġġieled l-anti semitiżmu.

    Wirtet diversi pitturi mingħand missierha

    Schramm, wirtet għadd ta’ pitturi mingħand missierha.  Dawn ma kinux pitturi misruqin, kuntrarjament għax-xejra li kien hemm fit-Tieni Gwerra Dinjija fejn ħafna opri tal-arti kienu jinsterqu.   Dawn hi biegħhithom u bil-flus tagħhom bdiet iż-Zuruckgeben Foundation.   Din hi organizzazzjoni li tbiegħ opri tal-arti u oġġetti oħra li sabu ruħhom f’idejn il-Ġermaniżi fil-gwerra.   B’dawn il-flus din l-organizazzjoni tipprovdi appoġġ finanzjarju  għal artisti nisa Lhud.

    Schramm li hi eks President tal-Partit tal-Ħodor fil-Ġermanja, bdiet anke moviment bl-għan li l-Ġermaniżi  jirrikonoxxu  li huma ibbenefikaw bil-kbir mit-telf tal-Lhud.

    Hi tgħid li “ħafna nies fil-Ġermanja ibbenefikaw b’diversi modi. Kien hemm ħafna li kienu jmorru l-irkant u kienu jixtru oġġett tad-dar bl-irħis u ank ħwejjeġ.  Dawn kienu affarijiet li kienu jappartjenu lill-Lhud.  Kien hemm oħrajn li spiċċaw ħadu ix-xogħol li kellhom l-Lhud”.

    Ix-xogħol tagħha ġie rikonoxxut riċentament

    Il-ħidma karitattiva ta’ Schramm kienet rikonoxxuta riċentament minn Obermayer German Jewish History Award, liema unur ikun ippreżentat fil-Parlament f’’Berlin.  L-award jingħata minn Open the Circle u dan jagħti rikonoxximent lil dawk il-Ġermaniżi li ma jkunux Lhud u li jikkontribwixxu biex jippriservaw il-memorja tal-kommunitajiet Lhud.

    Schramm ma tiddejjaq xejn tgħid li ħadmet u qed taħdem biex tirrikonċilja ir-rwol li kellu missierha fir-reġim Nażista. Hi trid li warajha tħalli legat differenti.

    ‘Missieri kien qalbu tajba u kapaċi jagħmel ħbieb. Meta bdejt nikber jien insir naf li dan kien il-ħabs u kont naf għal liema raġuni. Jien kont sfurzata naħseb fuq il-parteċipazzjoni tiegħu.  Kelli nieħu attitudni lejh, u  nipprova nibni ħajti u kif ngħix b’mod differenti”.

    Imma hi trid tibqa’ mfakkra għax-xogħol karitattiv jew li hi t-tifla ta’ Speer. Għal dan hi twieġeb bla tlaqlieq. “Ħafna nies fil-Ġermanja  jafu li jien it-tifla ta’ Albert Speer.  Imma dan issa mhux importanti aktar.  Hemm ħafna nies oħra fil-ġenerazzjoni tiegħi, li kellhom missierhom, ommhom jew in-nanniet involuti fir-reġim.”

    “Iltqajt ma’ Hitler… imma jien dan ma niftakrux’

    Mistoqsija li toħroġ waħidha hi dik ta’ jekk qattx iltaqgħet ma’ Hitler u dan meta missierha kellu dik il-pożizzjoni importanti.  Hi tgħid li “ċertament li iltqajt ma’ Hitler. Jien imma ma’ niftakarx. Rajt ritratt u aktar tard anke fuq it-televiżjoni imma jien ma niftakarx. Jista’ jkun forsi għax jien ma rridx li niftakarha”

    Mistoqsija li ssirilha spiss hi dik li dwar il-fatt li missierha kien qal li hu ma kienx jaf bl-olokawst. Dikjarazzjoni li ħafna ma jemmnuhix. Hilde Schramm tgħid li “jien ninsab ċerta li hu żgur ma riedx li jkun jaf ħafna dettalji. Hu ma riedx ikun jaf.  Naħseb li hu messu kien jaf. “

    Hi tgħid li “jien ppruvajt insib triqti.  Kont fortunata li intbgħatt għal sena l-Istati Uniti.  Hemmhekk iltqajt ma’ diversi nies u kelli għalliema Lhudija.

    Dwar jekk ix-xogħol karitattiv tagħha biex tikkumbatti l-anti semitiżmu hux qed isir bħala sforz biex tegħleb l-immaġni negattiva ta’ familtha, hi tgħid li “ċertament. Jien u r-raġel tiegħi, ma ridniex ngħixu kif għxu l-ġenturi tagħna. Ridna nkunu moħħna miftuħ. Lit-tfal tiegħi spjegajtilhom għalkemm kien diffiċli jifhmu. 

    Schramm kienet fetħet darha għar-refuġjati Sirjani.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0