Taħriġ għal 12-il uffiċjal tal-Pulizija fuq il-forensika minn esperti Olandizi

  • Mar 14, 2019 18:05
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia waqt li għamel żjara fl-Akkademja għall-Korpi Iddixxiplinati, żar 12-il uffiċjal mix-xena tal-kriminalità (SOCO’s scene of crime officers) mit-taqsima tal-Malta Police Forensic Laboratory u li qegħdin jirċievu taħriġ minn esperti Olandiżi li huma membri tan-Netherlands Forensic Institute.

    Il-Ministru Michael Farrugia spjega kif l-ewwel fażi ta' dan il-kors saret fil-bidu ta’ Diċembru tas-sena l-oħra fejn damet ġimgħatejn. It-tieni fażi tikkonsisti f’ġimgħatejn ta’ taħriġ teoretiku kif ukoll dak prattiku. Wara dawn il-ġimgħatejn ikun imiss ġimgħa ta’ assessjar u eżamijiet permezz ta’ diversi xeni fittizji li ser jiġu organizzati ġewwa l-faċilitajiet tal-Akkademja.

    Il-Ministru Michael Farrugia qal kif dan huwa kors iċċertifikat mill-istess Istituzzjoni Olandiż u jikkonsisti fuq metidoloġiji forensiċi u l-użu tekniku ta’ apparat u tekonoloġiji kemm klassiċi kif ukoll oħrajn moderni, skont standards internazzjonali.

    Il-Ministru Michael Farrugia kompla billi semma kif l-istandards huma imperattivi fil-qasam tax-xjenza forensika, fejn kull laboratorju jew istituzzjoni għandu diversi obbligi sabiex jiġi konformi mal-akkredazzjonijiet mitluba. Huwa qal kif bdiet issir evalwazzjoni sabiex jinbena laboratorju tal-forensika u b’hekk tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-kriminalitàorganizzata.

    Dan it-taħriġ huwa it-tieni wieħed li qed jiġi organizzat f’Malta, fil-faċilitajiet tal-Akkademja għall-Korpi Iddixiplinati. L-ewwel wieħed kien organizzat fl-2016 fejn 14-il uffiċjal mit-taqsima Forensika tal-Pulizija kienu ingħataw ċertifikat wara li temmew b’suċċess dan it-taħriġ.

    Il-Ministru Michael Farrugia kkonkluda billi awgura lil dawn l-uffiċjali li qegħdin jagħmlu dan it-taħriġ u rringrazzja lill-esperti Olandiżi talli qiegħdin jaqsmu mal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta l-esperjenza vasta tagħhom.

    Il-Ministru Michael Farrugia kien akkumpanjat mill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonniċi, u mis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u l-Komunitajiet Silvio Parnis. Preżenti kien hemm ukoll l-Kmandant tal-Akkademja Joseph Cachia u l-Ispettur tal-Pulizija Charlot Casha.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0