Il-Pulizija tarresta tliet persuni b'konnessjoni mad-drogi

  • Mar 14, 2019 20:35
  • Miktub minn iNews
"

    F’ħidma mill-Pulizija tal-Għassa ta’ San Ġiljan wasslet għall-arrest ta’ tliet persuni.

    Il-Pulizija tal-Għassa ta’ San Ġiljan kellhom rapport minn raġel Albaniż ta’ 32 sena, li kien sofra ġrieħi gravi wara li kellu argument ma’ xi persuni. Minn investigazzjonijiet li saru mill-Pulizija tal-Għassa ta’ San Ġiljan, ġew arrestati żewġ irġiel mis-Serbja, li għandhom 39 sena u 31 sena rispettivament. Il-Pulizija għamlet tfittxija fuq dawn il-persuni, fejn fuqhom instabet droga suspettata ħaxixa tal-kannabis u kokajina, kif ukoll ponn tal-ħadid.

    Illum, il-Pulizija tal-Għassa ta’ San Ġiljan għamlet tfittxija ġewwa r-residenza ta’ dawn il-persuni fl- Imsida, u hemmhekk il-Pulizija sabu ammont ta' droga suspettata droga ħaxixa tal-kannabis u raża tal-kannabis.

    Iżjed tard, il-Pulizija arrestat raġel ta’ 42 sena mill-Maċedonja li kien sejjer f’din ir-residenza u minn tfittxija li saret fuqu, il-Pulizija sabet iżjed droga suspettata ħaxixa tal-kannabis, raża tal-kannabis, kokajina u MDMA.

    Il-Maġistrat tal-Għassa Dr. A Demicoli LL.D ġiet infurmata bis-sejba u ordnat inkjesta fejn ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-każ għadhom għaddejjin u dawn il-persuni għandhom jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0