Kampjonat Premier: Rebħa kbira minn Senglea Athletic

  • Mar 14, 2019 23:56
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Dominic Borg

    Senglea A.  ....... 5

    St Andrew’s ..... 0

    Senglea Athletic kisbu rebħa importanti meta għelbu lil St Andrew’s bl-iskor ta’ 5-0 biex għamlu pass kbir lejn is-salvaz­zjoni u ħallew lis-Saints fit-12-il post tal-klassifika ... fl-inkwiet tar-relegazzjoni.

    F’dan il-konfront iddebuttaw is-Serb, Nikola Mi-tic, għal Senglea Athletic u l-Amerikan, Stewart Malik O’Shea,  għal  St Andrew’s. 

    Senglea mill-ewwel ħar­ġu fuq l-offensiva u wara biss erba’ minuti xutt ta’ Diego Venancio minn barra l-kaxxa ġie salvat minn Matthew Calleja Cremona.

    Iżda fid-disa’ minuta hu­ma fetħu l-iskor meta free-kick mogħti minn DIEGO VENANCIO ħasad għal kollox lill-goalkeeper Calleja Cremona.

    St Andrew’s wettqu reaz­zjoni u żewġ minuti wara resqu viċin meta minn taħwida quddiem il-lasti avversarji kellu jkun Zachary Cassar li biegħed il-periklu minn fuq il-linja fatali.

    Fit-18-il minuta, l-Athletics kienu għoddhom irduppjaw meta Travis Blagrove kien se jikkommetti auto-goal fit-tentattiv li jimblokka x-xutt ta’ Matias Nicolas Garcia

    Fil-35 minuta Kurt Ma-g­ro waqqa’ lil Augusto Ca­seres fil-kaxxa, bir-referee Ishmael Barbara jordna penalty, li nkariga minnu DIEGO VENANCIO u mill-11-il metru ma żbaljax.

    Senglea komplew jippressaw u fit-42 minuta Leigh­ton Grech xeħet lejn Nikola Mitic fil-kaxxa, iżda x-xutt fil-baxx ġie newtra­lizzat mill-goalkeeper av­versarju

    Wara l-mistrieħ, il-protagonista reġa’ kien DIEGO VENANCIO meta, fit-52 minuta, b’xutt fil-baxx għeleb għal darb’oħra lil Calleja Cremona biex għaqqad il-hat-trick personali.

    Għaxar minuti wara,   Ga­r­­cia poġġa lil LEIGHTON GRECH f’pożizzjoni ideali u mingħajr diffikultá xeħet il-ballun fix-xibka.

    Fis-77 minuta, AUGUSTO CASERES issġilla r-reb­ħa permezz ta’ xutt fil-baxx li għeleb għal kollox lil Calleja Cremona. 

    SENGLEA A.:  1-Matthew Farrugia,  3-Taisei Marukawa, 5-Zachary Cassar, 6- Nikola Mitic, 7-Leighton Grech (15-Garcy Camillieri 71), 8-Gonzalo Julian Leyton,  11-Diego Venancio, 20-Matias Nicolas Garcia (23-Karl Cutajar 78), 21-Augusto Caseres, 24-Arian Mrsulja, 55-Christian Sammut (2-Matthew Bartolo 82) - Coach: Vincenzo Potenza

    ST ANDREW’S: 1-Matthew Calleja Cremona, 4-Kevyn Mcfarlane (22-Luke Sciberras 59), 9-Stewart Malik O’Shea (7-Aidan Jake Friggieri 60), 10-Kemar David Reid, 11-Joseph Farrugia, 14-Kurt Magro, 15-Adrian Borg, 17-Jacob Walker, 19-Martin Davis, 23-Travis Blagrove, 24-Matthew Woo Ling (20-Dejan Debono 75) - Coach: Johann Scicluna

    REFEREE:  Ishmael Barbara

    ASS. REFEREES:Edward Spiteri, Mitchell Scerri

    RABA’ UFF: Alan Mario Sant

    SKORERS:D. Venancio 9, 35 pen., 52, L. Grech 62, A. Caseres 77 (Sen. A)

    AMMONITI:D. Venancio, S. Christian (Sen A.), J. Walker, J. Farrugia (SA)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:Diego Venancio (Senglea A.)

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0