Kampjonat Premier: Tarxien Rainbows jitbiegħdu miż-żona l-ħamra

  • Mar 14, 2019 23:56
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Dominic Borg

    Qormi................ 1

    Tarxien R.......... 2

    Tarxien Rainbows għel­bu lil Qormi bl-iskor ta’ 2-1, b’din ir-rebħa tkun mill-aktar vitali biex iżommhom posthom mal-kbar filwaqt li komplew jikkundannaw lill-Qriema.

    Il-coach ta’ Qormi, Matthew Psaila, wettaq erba’ bidliet mir-rebħa kontra St. Andrew’s meta daħħal lil Jamie Azzopardi, Davide Mansi, Antonio Rozzi u Tensior Gusman minflok David Cassar, Mateus Regis, Wellington Oliveira u Malela Bangoura.

    Min-naħa l-oħra, il-coach ta’ Tarxien Rainbows José Borg wettaq tlieta mill-aħħar konfront meta beda lil Jens Wemmer, Matthew Spiteri u Luke Grech minflok Daniel Zerafa,  Siraj Arab u Jacson de Paixao.

    Appena għaddew żewġ minuti, Qormi ħolqu l-ewwel azzjoni meta mill-free-kick ta’ Mano Micallef, il-goalkeeper Maverick Buhagiar laqa’ b’mod faċli.

    Madankollu, fil-11-il mi­nuta, kienu r-Rainbows li fetħu l-iskor meta x-xutt ta’ ALEXANDER NILSSON laħaq qabeż il-linja fatali minkejja t-tentattiv ta’ Davide Mansi li jikklerja l-ballun.

    Fit-35 minuta, Qormi kisbu d-draw meta mill-cross insidjuż ta’ Freud Gnindokponou, YANNICK YANKAM ma kellu l-ebda diffikultá jixħet f’lasti vojta.

    Fit-42 minuta, free-kick mogħti minn Antonio Rozzi għadda jħakkek mal-mimduda.  Minkejja s-supremazija inizjali ta’ Tar­xien, Qormi bdew jiksbu aktar kunfidenza aktar ma beda jgħaddi l-ħin u l-ewwel taqsima intemmet fi draw ġust ta’ 1-1.

    Fit-tieni taqsima, il-Qriema ħarġu aktar bi grinta u fid-59 minuta, resqu viċin li jmorru fil-vantaġġ meta  Tensior Gusman b’xutt mill-viċin ġiegħel lil Buhagiar iwettaq save stupend b’saqajh.

    Fit-82 minuta, ir-Rainbows spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta Juan Cruz Gill ġie muri tieni karta safra.

    Kontra xejra tal-logħob fit-85 minuta, Tarxien skorjaw dak li kellu jkun il-goal tar-rebħa meta x-xutt ta’ JENS WEMMER għadda minn taħt Azzopardi.

    QORMI: 1-Jamie Azzopardi, 5-Davide Mansi, 6-Yannick Yankam, 7-Antonio Rozzi (68-Malela Bangoura 74), 9-Manolito Micallef, 11-Freud Gnindokponou, 14-Alan Abela (97-Iven Zammit 88), 51-Mboyo Jordy Lokando, 77-Lucas Santana (18-Michael Borg 83), 90-Romeu Pirecles Romao, 99-Tensior Gusman 53 - Coach: Matthew Psaila

    TARXIEN R.: 32-Mave­rick Buhagiar, 4-Jens Alex Wemmer, 5-Juan Cruz Gill, 8-Matthew Spiteri, 10-Gabriel Aqulina (7-Matthew Brincat 73), 11-Da-ren Falzon (16-Siraj Arab 54), 15-Luke Grech (6-Daniel Zerafa 46), 17-Destin Mambouana, 18-Anderson De Barros, 23-Ricardo Silva Faria, 28-Alexander Nilsson - Coach: José Borg

    REFEREE: Glen Tonna

    ASS. REFEREES:Duncan Sultana, Dusan Petrovic

    RABA’ UFF: Alex Johnson

    SKORERS: A. Nilsson 11, J. A. Wemmer 85 (TR); Y. Yankam 35 (Q)

    AMMONITI:L. Santana, D. Mansi, I. Zammit (Q); J. Cruz Gill, J. Wemmer, M. Spiteri (TR)

    TKEĊĊA:J. Cruz Gill 82 (TR)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:Yannick Yankam (Q)

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0