Immigranti Ewropej qed jidħlu illegalment fl-Isstati Uniti mill-Messiku

  • Mar 15, 2019 00:31
  • Miktub minn iNews
"

    Il-pjan tal-President Amerikan Donald Trump biex jibni ħajt tul il-fruntiera mal-Messiku jidher li għandha l-għan ukoll li twaqqaf lil immigranti minn stati membri tal-Unjoni Ewropea milli jidħlu bla permess fil-pajjiż.

    Matul il-ġimgħa li għaddiet, il-kap mir-ronda mal-fruntiera Amerikana Rodolfo Karisch, qal lil kumitat tal-Kamra tar-Rappreżentanti Amerikani li huwa interċetta persuni b’40 nazzjonalità differenti mal-fruntiera Messikana. Saħaq li fost oħrajn inqabdu persuni mill-Bangladesh, mit-Turkija, ir-Rumanija, u ċ-Ċina.

    Is-sit EUobserver irrapporta li b’kollox inqabdu kważi elf Rumen u anke persuni mill-Ungerija u r-Renju Unit.

    Karisch saħaq li “persuni qed jivvjaġġaw eluf ta’ mili madwar id-dinja biex jipprovaw jidħlu illegalment fl-Istati Uniti mill-Messiku”.

    Statistika mill-Aġenzija għad-Dwana u l-Protezzjoni tal-Fruntieri turi li l-aktar immigranti minn stati membri tal-UE li ppruvaw jidħlu fl-Istati Uniti mill-Messiku jew mill-Kanada kienu Rumeni.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0