Tnedija ta’ korsijiet ta’ taħriġ akkreditati fl-‘iGaming’ mill-Akkademja tal-‘iGaming’

  • Mar 15, 2019 15:36
  • Miktub minn iNews
"

    “Opportunità għall-ġenerazzjoni żagħżugħa biex tiffamiljarizza mal-industrija u jibdew karriera ġdida fl-industrija tal-iGaming” – is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri…

    Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni Silvio Schembri nieda l-korsijiet tal-Akkademja iGaming akkreditati f’livell 4 fuq bażi part-timeb’kollaborazzjoni bejn MCAST u EGIM - The European Gaming Institute of Malta.

    Filwaqt li faħħar l-isforzi tal-Akkademja tal-iGaming biex jinħolqu opportunitajiet ġodda u jkun attirat iżjed talent lejn l-industrija tal-iGaming, is-Segretarju Parlamentari Schembri qal li fl-isfond li l-industrija tal-iGaming qed tikber b’rata mgħaġġla, l-industrija teħtieġ kontinwament talent ġdid biex tibqa’ ssostni ruħha u tibqa’ tissaħħaħ.

    “L-Akkademja tal-iGaming hi opportunità għall-ġenerazzjoni żagħżugħa biex tibda tiffamiljarizza mal-industrija u biex tibda karriera ġdida fl-industrija. Ikun ta’ sodisfazzjon akbar jekk naraw iżjed studenti Maltin jaċċelleraw fis-settur tal-iGaming fejn il-ħsieb kreattiv u t-talent uniku huma rikonoxxuti u ppremjati”, qal Silvio Schembri. Żied li fl-isfond li l-Awtorità Maltija għal-Logħob irċeviet mal-20 applikazzjoni minn kumpaniji tal-iGaming li jixtiequ liċenzja Maltija, irridu nassiguraw li nlaħħqu mad-domanda. 

    Jaime Debono, Managing Director tal-Akkademja tal-iGaming qal li minn meta kienet tħabbret l-ewwel edizzjoni ta’ korsijiet akkreditati tal-iGaming, konna kuntenti ferm bir-rispons pożittiv tant li l-postijiet għall-korsijiet ittieħdu f’temp ta’ ġimgħa mit-tnedija. “Dan il-kors mhux biss jagħti lill-istudenti idea ċara u komprensiva dwar l-iGaming, fosthom dwar prodotti bħal Casino u bħal Sportbook, iżda wkoll ġie rikonoxxut u aċċettat minn kumpaniji tal-iGaming f’Malta”, qal Jaime Debono.

    Ivan Filletti, Head of Operations and Business Development fi ħdan Gaming Malta qal li kollaborazzjonijiet edukattivi ta’ dan it-tip se jgħollu ’l fuq il-kwalifiċi li għal dan is-settur huma tant ta’  importanza. “Din l-industrija qiegħda kontinwament tfittex it-talent. Nitkellmu dwar nuqqas ta’ ħiliet u dan irridu nindirizzawh. Kemm-il darba jkollna talbiet minn dawk interessati li jaħdmu f’din l-industrija u din hi opportunità ideali li jkollna talent ġdid f’industrija li kontinwament tinnova lilha nnifisha”, qal is-Sur Filletti.

    Conrad Vassallo, Direttur tal-Istitut fi ħdan MCAST qal li l-korsijiet akkreditati tal-korsijiet iGaming se jikkumplimenta u jservi ta’ pont għal ċertu nuqqas li studenti jistgħu jiltaqgħu miegħu biex ikunu parti mill-industrija tal-iGaming.

    Il-korsijiet tal-iGaming huma mmirati lejn studenti li qed iħarsu li jagħmlu l-ewwel pass fl-iGaming jew li jkollhom iktar tagħrif dwar l-industrija.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0