Il-Gvern Malti jappoġġja l-estensjoni għall-ħruġ tar-Renju Unit

  • Mar 15, 2019 17:34
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Prim Ministru Joseph Muscat tenna pożizzjoni li għamel numru ta’ ġimgħat ilu, li Malta se tappoġġja t-talba għal estensioni biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea, filwaqt li importanti li jkun hemm ġustifikazzjoni tajba għaliex se jsir dan. 

    Il-Prim Ministru qal illi bil-mod kif żviluppaw l-affarijiet, ġaladarba l-Parlament Ingliż ivvota kontra l-ftehim negozjat u fl-istess ħin ivvota li ma jridx joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim, issa jrid ikun ir-Renju Unit li jiddeċiedi xi triq se tittieħed.

    “Ix-xenarju li għandna quddiemna llum huwa illi jew ikun hemm ftehim għall-ħruġ tar-Renju Unit, jew inkella Brexit ma ssirx,” qal il-Prim Ministru.

    Huwa qal li l-Unjoni Ewropea żgur illi mhijiex se tiċċaqlaq mill-pożizzjoni tagħha. L-Unjoni Ewropea żgur ma tistax tikkomprometti l-prinċipji sagrosanti tagħha u li fuqha ġiet imwaqqfa. Dan mhux qed jingħad b’suppervja, iżda b’realiżmu. 

    Il-Prim Ministru qal illi hemm diversi sfidi f’każ ta’ estensjoni. Fosthom kif se jiġu trattati l-elezzjonijiet Ewropej, fejn it-trattati jgħidu illi r-Renju Unit jekk tkun għadha fl-Unjoni jkollha torganizzahom. Wieħed allura jrid jara x’siwi jkollhom dawn l-elezzjonijiet, iżda t-trattati huma trattati. Barra minn hekk, huwa ċar ukoll li r-Renju Unit lanqas jista’ jkollu veto fuq il-budget tal-Unjoni Ewropea li mhux se tkun parteċipi fih.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0