Jibqa' jistenna lil sidu mejjet wara l-bieb tal-isptar

  • Mar 15, 2019 19:00
  • Miktub minn iNews
"

     

    Kemm-il darba nisimgħu li ngħidu bejna u bejn ruħna li l-kelb l-aħkar ħabib tal-bniedem, u bir-raġun. Każ li seħħ fl-Arġentina matul il-ġimgħa li għaddiet juri l-imħabba inkundizzjonata li l-annimali jkollhom lejn sidhom, anke jekk dan b’xorti ħażina jkun tilef ħajtu.

    Il-midja Arġentina rrapportat kif kelb tar-razza Labrador, ilu għal aktar minn ġimgħa jistenna lil sidu barra sptar fl-Arġentina minkejja li dan b’xorti ħażina miet.

    Il-kelb ta’ sitt snin, imsejjaħ Toto, baqa’ jistenna lil sidu barra l-entratatura prinċipali tal-Isptar Pablo Soria fil-belt ta’ San Salvador de Jujuy.

    Il-midja lokali qed tisħaq li kien sid il-kelb li talab lill-infermieri u lit-tobba biex jieħdu lill-kelb iżuru biex ikunu jistgħu jagħtu l-aħħar tislima lil xulxin.

    Madankollu jidher li l-qraba tar-raġel nesew jieħdu lill-kelb lura, u l-kelb baqa’ jistenna lil sidu minkejja li tilef il-battalja mal-mewt.

    Fatima Rodriguez, membru ta’ organizzazzjoni lokali għall-protezzjoni tal-annimali, qalet li attwalment qed ipprovaw isidu familja ġdida li lesta tadotta lil Toto. Madankollu saħqet li min jadottah jeħtieġ li jkollu dar magħluqa kompletament hekk kif hemm ċans kbir li l-kelb jaħrab mill-ġdid biex imur jerġa’ jistenna mill-ġdid lil sidu l-isptar.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0