€160,000 mgħoddija lill-għaqdiet Għawdxin

  • Mar 15, 2019 20:00
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministeru għal Għawdex jixtieq jinforma li tlesta l-proċess tal-għażla ta’ proposti sottomessi minn għaqdiet mhux governattivi fi tliet skemi li tnedew dan l-aħħar mill-ministeru. Dawn l-iskemi kienu intiżi biex jitwettqu proġetti, inizjattivi u avvenimenti f’Għawdex matul din is-sena. 

    Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana tkellmet dwar kif b’kollox, il-Ministeru għal Għawdex irċieva xejn inqas minn 70 proposta għat-tliet skemi li huma in-Non-Govermental Organisations Scheme, il-Promotion of Sports Initatives and Facilites Scheme, u l-Cultural Events Fund. Justyne Caruana spjegat li wara li sar proċess ta’ evalwazzjoni indipendenti u trasparenti, 32 għaqda ser jibbenefikaw minn għotja ta’ assistenza mill-Ministeru għal Għawdex. Hi fakkret kif il-mod li bih qed jiġu amministrati dawn l-iskemi ġie mfaħħar mill-Kummissarju tal-Għaqdiet Volontarji.

    Il-Ministru Caruana rrimarkat li wara s-suċċess tal-edizzjonijiet passati, il-Ministeru għal Għawdex żied l-allokazzjoni ta’ fondi u għajnuna biex l-għaqdiet volontarji jkomplu jsaħħu l-ħidma tagħhom u jwettqu dawn il-proġetti u inizjattivi għall-ġid tal-komunitajiet f’Għawdex.

    Il-Ministru għal Għawdex ferħet lill-għaqdiet li pparteċipaw b’suċċess f’din l-edizzjoni, filwaqt li stiednet lil dawk l-għaqdiet l-oħra biex jerġgħu jissottomettu l-applikazzjoni mtejba tagħhom ladarba jerġgħu joħorġu l-applikazzjonijiet. Il-Ministru Caruana fakkret li huwa neċessarju li l-għaqdiet volontarji jkunu konformi mar-regoli kif stabbiliti mill-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji.

    Filwaqt li fakkret li bħalissa hemm miftuħa t-tieni ħarġa tal-iskema Cultural Events Fund, il-Ministru Caruana qalet li dan l-investiment li l-Ministeru għal Għawdex qed jgħaddi lil dawn l-għaqdiet huwa turija ċara ta’ fiduċja fil-ħidma tal-għaqdiet volontarji f’Għawdex.  Il-ministru indikat li qed isiru l-aħħar tħejjijiet biex fil-jiem li ġejjin terġa toħroġ l-iskema Promotion of Sports Initatives and Facilites Scheme.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0