Titħabbar il-mewt tal-ex player ta' Floriana, Żarenu Alamango

  • Mar 15, 2019 19:34
  • Miktub minn iNews
"

    Il-football Malti speċjalment dak Furjaniż jinsab f’luttu meta proprju l-bieraħ tħabbret il-mewt tal-ex-player ta’ Floriana, Żarenu Alamango, fl-etá ta’ 83 sena.  

    Alamango llum jitqies bħala wieħed mill-players leġġendarji ta’ Floriana li għal snin twal kienu minn fost l-aqwa timijiet ta’ pajjiżna.

    Huwa kien iddebutt għall-Greens nhar il-21 ta’ Novembru, 1954, fir-rebħa ta’ 6-0 fuq Hibernians. Bil-flokk ta’ Floriana lagħab għall 11-il staġun fejn fil-Kampjonat Malti lagħab 107 partita li fihom skorja 20 goals.

    Fost unuri oħra ma’ Floriana rebaħ tliet kampjonati (1954/55, 1957/58, 1961/62),  tliet darbiet l-FA Trophy (1956/57, 1957/58, 1960/61)  u darbtejn il-Cassar Cup (1957/58, 1960/61).

    Alamango lagħab darba għal Malta ... fit-telfa ta’ 2-0 kontra Italia C, nhar it-8 ta’ Marzu, 1964.

    Huwa wkoll missier Tony li bejn l-1977 u l-1984 lagħab ukoll ma’ Floriana.

    Minn dawn il-kolonni noffru l-kondoljanzi lill-familjari tiegħu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0