Dimostrazzjonijiet fl-Ekwador wara l-arrest ta' Assange

  • Apr 12, 2019 10:29
  • Miktub minn iNews
"

    Folla mdaqqsa niżlet fit-toroq tal-kapitali tal-Ekwador, Quito, biex tipprotesta kontra l-arrest tal-fundatur ta’ WikiLeaks Jualian Assange. Assange kien arrestat waqt li kien fl-ambaxxata Ekwadorjana f’Londra.

    L-arrest seħħ wara li l-Gvern tal-Ekwador irrevoka l-ażil ta’ Assange u ta f’idejn l-awtoritajiet Brittaniċi.

    Il-Pulizija lbieraħ kienet mistiedna fl-ambaxxata tal-Ekwador f’Londra mill-ambaxxatur, u kaxkru lil Assange ’l barra mill-binja fejn fiha sab refuġju għal dawn l-aħħar snin biex jevita milli jiġi estradit lejn l-Istati Uniti, fejn jinsab imfittex li pprova jikxef sigrieti tal-Gvern.

    Dimostranti nġabru barra l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin fejn bdew jgħajtu messaġġi kontra l-President Lenin Moreno, u għall-ħelsien ta’ Assange.

    “Bħala ċittadini Ekwadorjani, aħna nappoġġjaw lil Julian Assange li ta ħajtu favur il-verità u li ssagrifika lilu nnifsu u lil familtu biex jikxef il-verità lid-dinja,” qal wieħed mid-dimostranti preżenti barra mill-binja għall-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.

    Assange ngħata ażil mill-eks Presidenti Rafael Correa, wara li fittex refuġju fl-ambaxxata fl-2012. Madankollu s-suċċessur tiegħu, il-President Moreno, irrevoka dan il-permess ta’ ażil u ppermetta lill-pulizija Brittanika biex tarrestah.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0