Il-kumitati reġjonali - Livell ieħor ta’ gvern lokali

  • Apr 13, 2019 20:20
  • Miktub minn iNews
"

    Ir-reġjun tramuntana nieda proġett ta’ tliet snin għaż-żgħażagħ fir-reġjun bl-isem Y-Engage. Dan il-proġett huwa ffinanzjat mill-fondi li r-reġjun ingħata permezz tal-Community Innovation Fund. Dan il-proġett għandu l-għan li jgħaqqad liż-żgħażagħ aktar flimkien u jinvolvihom aktar fis-soċjetà. Y-Engage se jvarja minn programmi edukattivi u li joħolqu kuxjenza għal proġetti prattiċi. Dan ir-reġjun fil-fatt se jorganizza seminars biex jiġu diskussi fost l-oħrajn temi dwar l-ambjent, l-istorja, il-kultura u t-turiżmu. Barra minn hekk se jkun hemm ukoll sessjonijiet dwar it-tisjir, kif tieħu ħsieb it-tfal, il-manutenzjoni tad-dar, kif tibni kayak tal-injam, kif tibni u tirrestawra karozzi antiki u kif tibni u tikkonserva l-ħitan tas-sejjieħ.

    Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis qal li llum qed ngħixu f’dinja bbażata ħafna fuq it-teknoloġija u l-għan ta’ dan il-proġett edukattiv huwa li jġib lura ż-żgħażagħ f’kuntatt ma’ numru ta’ ħiliet u snajja ta’ missirijietna li żgur se jservu ta’ benefiċċju kbir.

    Is-Segretarju Parlamentari qal li l-Kumitati Reġjonali jridu jkunu livell ieħor ta’ gvern lokali u kien għalhekk li din is-sena dawn se jingħataw għall-ewwel darba fond dirett li jammonta għal aktar minn €3 miljun. Parnis fakkar li dawn diġà ngħataw parti sostanzjali mill-allokazzjoni tagħhom. Fil-fatt ingħata l-ammont ta’ €1.3 miljun bejn il-ħames kunsilli reġjonali preżenti. Dan ifisser aktar minn kwart ta’ miljun ewro għal kull reġjun. L-ammont li fadal jiġifieri dak ta’ €1.8 miljun se jingħata lir-reġjuni f’Ġunju li ġej. Is-Segretarju Parlamentari Parnis għalaq billi qal li bis-saħħa tar-riforma fil-gvern lokali se nkomplu naraw bidla radikali fi ħdan il-kumitati reġjonali, għaliex issa se jkollhom poteri tanġibbli li se jservu ta’ ġid għar-residenti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0