Kampjonat Premier: Rebħa importanti minn Tarxien R.

  • Apr 13, 2019 22:11
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Dominic Borg

    Tarxien R.  .............. 2

    Pietá H. ................... 0

    Tarxien Rainbows għam­lu pass importanti lejn is-salvazzjoni meta għel­bu lil Pietá Hotspurs bl-iskor ta’ 2-0. Dawn tal-aħħar ma għarfux jisfruttaw il-vantaġġ numeriku li gawdew kważi matul il-partita kollha u b’hekk jidhru destinati li se jitilfu posthom mal-kbar fl-istaġun li ġej.

    Ir-Rainbows wettqu tliet bidliet mill-aħħar konfront fejn ġew utilizzati Andrea Cassar, Siraj Arab, u Destin Mambouna minflok Mave­rick Buhagiar, Marco Botta u Ricardo Silvio Farias.

    Min-naħa l-oħra, il-Hotspurs għamlu bidla waħda biss mir-rebħa kontra St. Andrews, meta beda lil Scicluna James minflok is-sospiż Jan Busuttil.

    Wara biss tmien minuti, ir-Rainbows spiċċaw jilagħbu bi player anqas meta tkeċċa Matthew Tabone għal daħla xejn kumplimentuża fuq Gabriel Mensah. 

    Żewġ minuti wara, il-Hotspurs kienu insidjużi b’daq­qa ta’ ras minn Ose Takaki li ġiet imblukkata mill-goalkeeper Andrea Cas­­sar. B’mod gradwali Pie­tá bdew jirbħu l-inizjattiva iżda kontra  kontra x-xejra tal-logħob, fit-28 minuta, Tarxien fetħu l-iskor meta JENS ALEX WEMMER sab ir-rokna tax-xibka b’xutt qawwi  minn barra l-kaxxa.

    Wara dan il-goal, ir-Rainbows komplew jippressaw u fi tmiem l-ewwel taqsima Christian Grech ħtieġlu jantiċipa ħarba ta’ Alexander Nilsson qabel dan seta’ jagħmel xi forma ta’ ħsara.

    Fit-tieni taqsima, Pietá ħarġu aktar avventurużi fit-tentattiv li jiskbu d-draw.

    Fis-57 minuta, huma resqu viċin meta l-konklużjoni ta’ Dylan Agius b’xutt mill-bogħod, spiċċat ftit barra.

    Żewġ minuti wara r-Rainbows fallew ċans tad-deheb li jirduppjaw, meta Siraj Arab mil-lemin għadda tajjeb lejn Alex Nilsson, iżda dan naqas li jikkonkludi minn quddiem il-lasti.

    Fit-68 minuta r-Rainbows irduppjaw meta mill-corner mogħti minn Jacson De Paixao, JENS ALEX WEMMER għola tajjeb u b’daqqa ta’ ras għeleb lil Nicky Vella li lejn it-tmiem  ċaħħad lil Michele Paolucci milli jżid l-iskor għar-Rainbows.

    TARXIEN R.: 1-Andrea Cassar, 4-Jens Alex Wemmer, 5-Juan Cruz Gill (14-Andrew Agius 77), 6-Daniel Zerafa, 10-Gabriel Aqulina,16-Siraj Arab (8-Matthew Spiteri 70), 17-Destin Mambouana, 18-Anderson De Barros, 19-Matthew Tabone, 28-Alexander Nilsson (9-Michele Paolucci 85), 30-Jacson De Paixao - Coach: Saviour Debono Grech

    PIETÁ H.: 19-Nicholas George Vella, 2-Ose Takaki, 6-Neil Pace Cocks (16-Jake Ghio 45), 7-Dylan Agius, 9-Paul Chimezie, 15-Gabriel Mensah, 18-Christian Grech, 23-Uchenna Calistus Umeh, 31-Jalo Ishaya Irimiya (4-Liam McKay 62), 33-James Scicluna (14-Nicholas Pisani 31), 44-Antonio Macedo - Coach: Ramon Zammit

    REFEREE: Philip Farrugia

    ASS. REFEREES:Duncan Sultana, Duncan Spencer

    RABA’ UFF: Fyodor Zammit

    SKORER:Jens Wemmer 28, 68 (TR)

    AMMONITI: N. Pace Cocks, J. Ishaya Irimiya (PH)

    TKEĊĊA:M. Tabone 8 (TR)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:Jens Alex Wemmer (TR)

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0