AĠĠORNATA: Laura Paffenholz it-tfajla li mietet wara li waqgħet minn fuq mutur u ntlaqtet minn trakk

  • Apr 14, 2019 03:49
  • Miktub minn iNews
"

    AĠĠORNATA: Laura Paffenholz, hija t-tfajla Ġermaniża ta’ 23 sena li tard ilbieraħ filgħaxija mietet wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’Raħal Ġdid.

    It-tfajla kienet passiġġiera fuq mutur tat-tip Yamaha, meta għal xi raġun is-sewwieq tal-mutur tilef il-kontroll tal-mutur, bit-tnejn li huma jaqgħu mal-art.

    Sfortunatament it-tfajla ntlaqtet minn trakk li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 43 sena ta’ nazzjonalità Taljana.

    AKTAR QABEL: Tfajla tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku li seħħ tard is-Sibt għall-ħabta tal-11.00 p.m., f'Santa Luċija Avenue, Raħal Ġdid.

    Skont stħarriġ illi sar irriżulta li t-tfajla kienet qiegħda passiġġiera ma' sewwieq tal-mutur meta għal xi raġuni dan tal-aħħar tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq. Sfortunatament it-tfajla ħasdet sewwieq ta' trakk li kien għaddej warajhom u li ma kellux ċans iwaqqaf. Konsegwentament it-tfajla nqabdet taħt it-trakk.

    Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku, iżda sfortunatament it-tfajla ġiet iċċertifikata mejta fil-post. It-triq ingħalqet mill-ewwel għat-traffiku, fejn bdew l-invesigazzjonijiet tal-Pulizija.

    Dwar dan il-każ inħatret inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Aaron Bugeja li ħatar diversi esperti biex jassistuh.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0