[FILMAT] Għexieren ta' studenti Palestinjani “jifgaw” f'gass tad-dmugħ wara rejd minn Iżrael fuq skola

  • Apr 14, 2019 10:43
  • Miktub minn iNews
"

    Għexieren ta’ studenti Palestinjani kellhom jirċievu kura għal problemi respiratorji wara li belgħu gass tad-dmugħ, wara li l-qawwiet Iżraeliti għamlu rejd fuq skola fir-raħal ta’ Urif, fit-Tramuntana tax-Xatt tal-Punent.

    Skont il-midja lokali l-qawwiet Iżraeliti għamlu użu eċċessiv tal-gass tad-dmugħ tant li għexieren kellhom jittieħdu għall-kura. Rapporti qed jgħidu li r-rejd mhux biss spiċċa biex waqqaf il-lezzjonijiet fl-iskola iżda saħansitra wassal għal kaos kbir fost l-istudenti.

    L-iskola Urif kienet fil-mira ta’ diversi attakki li twettqu kemm mill-qawwiet Iżraeliti u kif ukoll minn Palestinjani, tant li matul l-aħħar semestru il-kapijiet tal-iskola kellhom jagħlqu l-iskola għal xejn inqas minn tmien darbiet, b’sitt darbiet oħrajn matul dan is-semestru.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0