Delia jgħid li l-Gvern irid jeqred lis-soċjetà tagħna … Anke jisħaq li mhux veru li n-negozju kiber

  • Apr 14, 2019 11:59
  • Miktub minn iNews
"

    Waqt attività politika organizzata mill-Partit Nazzjonalista fis-Siġġiewi, il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia attakka lill-Gvern fejn saħansitra qal li dan huwa Gvern li ħalef li jeqred lis-soċjetà tagħna.

    Delia saħaq li f’soċjetà li jimpurtaha, il-komunità mhux tara biss il-flus u l-iżvilupp u ċ-ċifri, iżda tara wkoll lin-nies bħala umani. Tenna li fis-soċjetà kulħadd għandu jagħti kas kulħadd u kulħadd għandu jikkontribwixxi biex jgħin lil ta’ madwaru. Madankollu dan kollu qed jispiċċa saħaq Delia, bil-Gvern irid jeqred dak kollu li jikkostitwixxiha, fosthom il-fidi tagħna.

    Delia żied jgħid li l-Gvern irid joħloq stat bla ruħ. “Anke f’dik li hi l-fidi tagħn, il-gvern irid inessina li aħna Nsara,” saħaq Delia lil dawk preżenti fil-Każin Nazzjonalista tas-Siġġiewi. Huwa rrefera fost eżempji oħrajn għad-direttiva li jitneħħew il-kurċifissi miċ-ċentri tas-saħħa, minkejja li din id-direttiva twaqqfet mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.

    Fid-diskors tiegħu huwa qal ukoll li żar lil aktar minn 2,000 negozju żgħar u medji, u qal li minn dawn iż-żjajjar ħareġ li mhux vera li n-negozju sejjer tajjeb.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0