Delia jgħid li “dawn huma 6 ġimgħat kruċjali” … Jisħaq dwar il-ħtieġa li l-PN jingħaqad u jitkellem b’leħen wieħed

  • Apr 14, 2019 12:10
  • Miktub minn iNews
"

    F’mument ewforiku lejn tmiem id-diskors tiegħu fl-attività politika li l-Partit Nazzjonalista organizza fil-Każin Nazzjonalista fis-Siġġiewi, il-Kap tal-Partit Adrian Delia saħaq dwar il-ħtieġa li l-PN jingħaqad u jitkellem b’leħen wieħed.

    B’referenza għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, Delia saħaq li jemmen li l-Partit Nazzjonalista jrid iqum għall-okkażjoni. Huwa rrefera għas-sitt ġimgħat li ġejjin qabel l-iżvolġiment ta’ din l-elezzjoni bħala kruċjali.

    Tenna li “rridu naħdmu aktar minn qatt qabel, u tridu tgħinuna.”

    Lil dawk preżenti saħaq li lkoll għandhom obbligi serji li jmorru u jivvotaw, u saħaq li “m’għandniex l-għażla li nastjenu”.

    “F’dawn is-sitt ġimgħat kruċjali ejjew ningħaqdu għal pajjiżna,” saħaq Delia filwaqt li żied jgħid li jekk il-PN jitkellem b’leħen wieħed u b’konvinzjoni allura se jkun qed jagħti risposta b’saħħitha lill-Gvern.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0