Aktar minn 120 persuna jmutu fil-ġlied fi Tripli … Eluf kbar jaħarbu minn djarhom

  • Apr 14, 2019 15:56
  • Miktub minn iNews
"

    Il-ġlied madwar Tripli diġà swew il-ħajja ta’ 121 persuna mindu l-ġeneral Khalifa Haftar nieda offensiva biex jieħu l-kontroll tal-kapitali Libjana. Dan qalitu l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) llum.

    Minkejja li kemm il-qawwiet ta’ Haftar u dawk tal-Gvern ta’ Qbil Nazzjonali, li huwa appoġġjat min-Nazzjonijiet Uniti, qalu li għamlu avvanzi fl-operazzjoni militari rispettiva, l-ebda naħa jidher li ma rreġistrat avvanz.

    B’aktar minn 560 persuna jisfaw mifrubin fil-ġlied li beda nhar l-4 ta’ April li għadda, WHO qalet li se tkun qed tibgħat aktar ħaddiema fil-qasam tal-kura tas-saħħa u provvisti mediċi lejn Tripli.

    Intant l-organizzazzjoni kkundannat l-attakki li kien hemm fil-konfront ta’ ħaddiema u vetturi mediċi, liema attakki diġà swew il-ħajja ta’ tliet persuni, b’ħames ambulanzi jinqerdu għal kollox.

    Il-vjolenza dejjem tikber fil-pajjiż qed toħloq lok għal allarm hekk kif il-Libja ilha tiffaċċja problemi politiċi mindu l-qawwiet tan-NATO neħħew mill-poter lid-dittatur Muammar Ghaddafi fl-2011.

    Intant l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Affarijiet Umanitarji (OCHA) qal li aktar minn 13,500 persuna kellhom jaħarbu mill-kenn ta’ djarhom, b’900 jispiċċaw jgħixu f’xelters temporanji.

    Iż-żewġ naħat wettqu attakki mill-ajru u qed jakkużaw lil xulxin li qed jattakkaw lil persuni ċivili.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0