Isawtu u jimbuttaw lil raġel għal mewtu fi xmara biex jiġbdu filmat u jippubblikawh għal-'likes'!

  • Apr 14, 2019 16:41
  • Miktub minn iNews
"

    Żewġ żgħażagħ, it-tnejn li huma għandhom fuq l-20 sena, sfaw arrestati wara li mbuttaw lil raġel għal mewtu fi xmara, biex ikunu jistgħu jagħmlu “filmat tad-daħk” u jippubblikawh fuq il-midja soċjali u jġibu ħafna ‘likes’.

    Il-filmat miġbud miż-żgħażagħ juri lir-raġel ta’ 48 sena jipprova jżomm b’saħħtu kollha mar-railing ta’ restorant li jinsab fuq ix-xamara Dnipro fl-Ukrajna.

    Mumenti wara, allegatament iż-żgħażagħ komplew jimbuttawh sakemm waqa’ minn għoli ta’ 12-il pied fl-ilmijiet tax-xmara. Ir-raġel miet wara li ma felaħx jgħum sal-ġenb tax-xamra.

    Intant il-Pulizija Nazzjonali tal-Ukrajna kkundannat il-fenomenu ta’ teħid ta’ dawn ix-xorta ta’ filmati krudili bil-għan li jkunu ppubblikati fuq il-midja soċjali għal-‘likes’.

    Iż-żewġ żgħażagħ li ritratti tagħhom kienu ppubblikati, iżda li madankollu ma ġewx identifikati, qed jinżammu arrestati bħala parti mill-investigazzjoni u mistennijin li jkunu akkużati b’omiċidju.

    Qed ikun allegat li huma sawtu lir-raġel qabel ma mbuttawh fix-xmara.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0