Jekk iseħħ Brexit bla ftehim … possibbiltà li tieqaf l-esportazzjoni tal-mediċini b’mod temporanju

  • Apr 14, 2019 17:50
  • Miktub minn Melvin Farrugia
"

    L-Awtorità Maltija dwar il-Mediċini b’passi biex tassigura sorsi oħra ta’ mediċini…

    L-Awtorità Maltija dwar il-Mediċini investiet f’numru ta’ professjonisti biex tkun tista’ tassigura li jekk isseħħ sitwazzjoni fejn ikun hemm Brexit bla ftehim u tieqaf temporanjament l-esportazzjoni tal-mediċina, allura pajjiżna jkollu sosrsi oħra ta’ mediċini li jibqgħu jipprovdu mediċini tal-ogħla kwalità, sigurtà u effikaċja. 

    Meta mistoqsija dwar jekk hux qed jinbena xi stokk ta’ emerġenza f’każ li jinqalgħu dawn iċ-ċirkostanzi, l-Awtorità qalet li bħala membru tal-Heads of Medicines Agencies Brexit Taskforce qiegħda tieħu sehem f’laqgħat regolari biex jiġu indirizzati problemi li jkollhom x’jaqsmu ma’ Brexit. 

    Spjegat ukoll li l-Awtorità dwar il-Mediċini ħadet l-inizjattiva biex tagħmel laqgħat mar-rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea biex tħares kull interess fir-rigward tal-aċċessibbiltà tal-mediċini għal kull ċittadin Malti. 

    Din l-awtorità qalet li tinsab f’kollaborazzjoni kontinwa mal-imsieħba biex tassigura li ma jkunx hemm nuqqas ta’ mediċini fil-pajjiż. Qalet ukoll li bħalissa tinsab impenjata biex tirreġistra numru ta’ mediċini li qabel kienu rreġistrati fir-Renju Unit. 

    Kienet l-Assoċjazzjoni għall-Industrija Farmaċewtika Ingliża talbet biex jekk ikun hemm Brexit bla ftehim, allura jkun ipprojbit b’mod temporanju li jiġu esportati l-mediċini ħalli s-sistema tas-saħħa Ingliża ma tispiċċax b’nuqqas. 

    L-effett ta’ Brexit bla ftehim fuq il-Lira Sterlina jista’ potenzjalment iwassal biex il-kumpaniji tal-farmaċewtika jbigħu iżjed mediċini barra l-pajjiż u minħabba f’hekk ikun hemm inqas provvista għas-sistema tas-saħħa nazzjonali. 

    Minkejja li għandha diversi pjani ta’ konteniment, din l-assoċjazzjoni fakkret lill-pubbliku li mhux kollox qiegħed fil-kontroll tal-kumpaniji tal-farmaċewtika u għalhekk qegħdin ikomplu jagħmlu pjani ta’ rotot alternattivi u jirrevedu minn fejn jistgħu jġibu l-provvisti. 

    Is-Segretarju tas-Saħħa Ingliż, Matt Hancock diġà talab lill-kumpaniji biex ikabbru l-istokk tal-mediċini b’mill-inqas sitt ġimgħat u biex jiżguraw li hemm pjani biex jimportaw prodotti li ma jistgħux jinżammu fi stokk fit-tul. Madankollu l-assoċjazzjoni qiegħda titlob li ma jsirx Brexit bla ftehim għax xorta waħda hemm affarijiet li mhumiex taħt il-kontroll tagħhom. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0