Mara Amerikana tinstab b'64 qattus mejjet miżmumin fil-freezer u midfunin fil-bitħa tad-dar!

  • Apr 14, 2019 18:33
  • Miktub minn iNews
"

    Mara minn Minnesota se jkollha tagħmel 200 siegħa ta’ servizzi fil-komunità wara li nstabet ħatja ta’ moħqrija ta’ annimali. Dan wara li tfittxija fil-proprjetà tal-mara wasslet biex instabu 64 qattus mejjet, 43 qattues ieħor ħaj, ħanżir kbir, u diversi annimali oħrajn.

    Caycee Bregel, ta’ 25 sena, kienet tmexxi għaqda ta’ salvataġġ għal annimali mid-dar tagħha fil-belt ta’ Twin Cities.

    Apparti li ssentenzjata wkoll għal sentejn probation, u 90 jum ta’ monitoraġġ elettroniku f’darha, il-Qorti ordnat li l-mara tkun sottomessa għal eżaminazzjoni psikoloġika. Il-Qorti ordnat ukoll li l-mara ma tingħatax permess biex tieħu ħsieb aktar annimali.

    Jidher li kienu l-ilmenti tal-ġirien dwar il-ħanżir li wasslu lill-investigaturi biex jagħmlu t-tfittxijiet fid-dar tal-mara.

    L-awtoritajiet sabu ammont kbir ta’ qtates u klieb f’kundizzjoni ħażina ta’ saħħa. Dan apparti numru kbir ta’ qtates midfunin fil-bitħa tad-dar, miżmumin fil-freezer, u l-friġġ, u anke annimali mejtin fil-garaxx.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0