Imniedi l-programm Summer On the Move għas-sajf 2019

  • Apr 14, 2019 19:47
  • Miktub minn iNews
"

    Għal sena oħra SportMalta nediet il-programm Summer On the Move li se jkun offrut bejn Lulju u Settembru 2019. Permezz ta’ dan il-programm, SportMalta qed tkompli tixxpruna soċjetàMaltija aktar attiva u parteċipattiva fl-isport u apparti tilħaq livelli ogħla fid-dinja tal-isport kompetittiv, tgawdi mill-benefiċċji tas-saħħa assoċjati mal-isport.

    Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima żar l-attivitajiet fil-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop fejn iltaqa’ mal-coaches u l-parteċipanti. Huwa qal li l-programm Summer On the Move mistenni jilħaq is-7,000 parteċipant b’iktar minn 400 sessjoni fil-ġimgħa mmexija minn iktar minn 300 għalliem u coach ikkwalifikati u li huma dedikati biex joffru servizz ta’ kwalità.

    “Il-gvern hu impenjat li jkompli jgħolli l-livell tal-isport f’pajjiżna b’aktar investiment permezz tal-istrateġija nazzjonali tal-isport fejn inħolqot kummissjoni li qiegħda tiltaqa’ mal-istakeholders kollha biex naraw kif l-atleti żgħar ikunu jistgħu jeċċellaw lokalment kif ukoll fuq livell internazzjonali,” spjega s-Segretarju Parlamentari. 

    Dawn l-attivitajiet huma offruti f’numru ta’ ċentri madwar Malta u Għawdex f’ambjent modern, attrezzat bl-aqwa apparat sportiv.

    L-attivitajiet offruti huma varji, minn football, basketball u ġinnastika, għall-karting u arti marzjali. Ma jonqosx l-isport akwatiku; l-għawm, waterpolo kif ukoll l-ibburdjar. Għall-adulti wieħed isib yoga, pilates u fitness ta’ intensitajiet differenti, kif ukoll badminton, għawm u self-defence. Din is-sena se jiġi wkoll estiż il-programm tal-parent and child fejn minbarra l-għawm se jiġi offrut il-ġinnastika u fundamentals. 

    Summer On the Move jinkludi wkoll lezzjonijiet għall-adulti fejn dawn isiru fl-istess ħin tal-attivitajiet tat-tfal, sabiex dawk il-ġenituri li jġibu lil uliedhom jistgħu jiġu bħala familja u jipparteċipaw fl-istess ħin.

    L-applikazzjoni għal Summer On the Move 2019 tista’ titniżżel mis-sit uffiċjali ta’ SportMalta http://www.sportmalta.org.mt u tintbagħat lil SportMalta fl-indirizz Kumpless Sportiv Kottonera, Vjal il-Kottoner, Bormla BML 9020 jew tista’ tapplika online fuq https://www.sportmalta.org.mt/programmes/online-booking-form

    L-applikazzjonijiet huma miftuħin sal-14 ta’ Ġunju.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0