AĠĠORNAT: Żewġ nisa jitilfu ħajjithom u 7 midrubin … Inċident ikrah fil-limiti tal-Imġarr … Mater Dei fuq allert

  • Apr 14, 2019 21:25
  • Miktub minn iNews
"

    Żewġ nisa waħda ta’ 53 sena u oħra ta’ 31 sena minn Ħaż-Żabbar tilfu ħajjithom u tnejn oħra, anzjan ta’ 77 sena u tifel ta’ 12-il sena jinsab fil-periklu tal-mewt f’inċident ikrah li seħħ tard il-Ħadd filgħaxija fid-daħla tal-bypass tal-Imġarr.

    Fl-inċident indarbu gravi erba’ persuni oħra fosthom tarbija ta’ sena, tifel ta’ 11-il sena, raġel ta’ 31 sena mill-Mosta u ieħor ta’ 44 sena. Tifel ta’ 10 snin ġarrab ġrieħi ħfief waqt li raġel ta’ 29 sena minn Tas-Sliema ma ġarrab l-ebda ġrieħi. 

    Fuq il-post marru diversi karozzi tal-Pulizija u numru ta' ambulanzi.

    Kemm Triq Buqana (fid-direzzjoni tal-Mosta) u kif ukoll il-bypass tal-Imġarr (iż-żewġ direzzjonijiet) ingħalqu għat-traffiku.

    Dan huwa t-tieni inċident fatali fi żmien ftit sigħat wara li lbieraħ filgħaxija tilfet ħajjitha it-tfajla Ġermaniża ta' 23 sena. It-tfajla mietet wara li ntlaqtet minn trakk wara li s-sewwieq li kien qed isuq il-mutur li fuqu kienet passiġġiera tilef il-kontroll u waqa'.

    Intant l-Isptar Mater Dei iddikjara allert għal inċident maġġuri wara li apparti ż-żewġ vittmi, f'dan l-inċident indarbu wkoll seba' persuni. L-awtoritajiet appellaw biex in-nies jevitaw milli jmorru l-Emerġenza għal raġunijiet minuri. Wieħed mitlub iċempel fuq il-helpline tal-Isptar Mater Dei fuq 25454900.

    Aktar tagħrif kif jaslilna…

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0