Filmat: ''L-ebda inċident ma kien relatat ma' xogħlijiet li jinsabu għaddejjin fit-toroq tagħna''

  • Apr 15, 2019 09:48
  • Miktub minn iNews
"

    10.10 a.m: Waqt id-diskors tiegħu l-Ministru għat-Trasport Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg tkellem dwar il-kummenti dwar in-nuqqas ta' sigurtà fit-toroq tagħna. Huwa enfasizza li l-ebda inċident ma kellu x'jaqsam ma' xogħol li jinsab għaddej. L-appell tal-Ministru kien li kulħadd jeħtieġ li jkun responsabbli ta' għemilu għax fin-nofs hemm mhux biss il-ħajja ta' dak li jkun, iżda ta' utenti oħrajn.

    10 a.m: 

    Il-President tal-MDA Sandro Chetcuti filwaqt li osserva ix-xogħol kbir li qiegħed isir fil-pajjż, qajjem kuxjenza dwar il-materjal tal-kostruzzjoni. Huwa qal li jekk mhux se tiġi indirizzata din l-isfidia fi ftit xhur oħra se nkunu f’punt fejn mhux se jkun hawn fejn narmu materjal tal-kostruzzjoni. 

    9.30 a.m: Waqt konferenza organizzatta aktar kmieni ġie ppreżentat studju kkummisjonat minn Infrustructure Malta.

    Dan l-Istudju li sar minn Dr Gordon Cordina u li jikkonċentra fuq seba’ proġetti infrastrutturali, ħareġ il-benefiċċji li l-investimenti infrastrutturali bħal dawn iħallu fuq l-ekonomija u n-network tat-toroq tagħna.

    Il-Proġetti huma:

    Triq Buqana

    Marsa-Ħamrun bypas

    Triq tal-Balal

    Titjib fi triq Sant’Andrija

    Mini ta’ Santa Luċija

    Marsa Junction 

    Central Link

    Fl-analiżi tiegħu Cordina spjega li “ttieħed kampjun ta’ seba’ proġetti, rajna r-riżultati li ħadu min diversi cost benefit assessment u pprovajna ngħaqqdu dan kollu fi stampa waħda biex naraw il-pajjiż fejn sejjer b’dawn il-proġetti u proġetti oħra ta’ dan it-tip.”

    Żied jgħid li għal kull €1 li l-pajjiż qed jitfa f’dawn it-tip ta’ proġetti, il-pajjiż se jkun qiegħed jieħu lura kważi €7 minn infrastruttura matul il-ħajja kollha tagħha, li hi kkalkulata li se jkollha effetti għall-25 sena li ġejjin.

    Dan ifisser li b’investiment  ta’ €141 miljun li sar f’dawn il-proġetti, l-pajjiż tul il-25 sena se jkun qed jieħu madwar €1,200 miljun lura f’benefiċċji ta’ diversi forom.

    Benefiċċji ta’ dawn il-proġett:

    Jitjiebu l-ħinijiet tal-ivvjaġġar.

    Tnaqqis fl-emmissjonijiet mill-karozzi.

    Tnaqqis tal-impatti fuq is-saħħa tal-bniedem.

    tnaqqis fil-konsum tal-fjuwil.

    L-istudji juru li kull sena, permezz ta’ dawn il-proġett se jkunu qed jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-carbon dioxide bi 62,000 tunnellata.

    Huwa stmat li permezz ta’ dawn il-proġetti l-pajjiż se jkun qed jiffranka madwar 5 miljun siegħa ta’ ħin fit-triq.

    Dan ifisser li kull min qed jivjaġġa fit-toroq qed jieħu lura madwar 12-il minuta fil-ġimgħa li jista' jużahom kif irid.

    Il-benefiċċji se jkunu qegħdin ikopru 14% tal-ispejjes ta’ dan il-proġett. Cordina qal li dan huwa kontribut tajjeb, iżda baqa’ aktar xogħol xi jsir.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0