Raġel mixli bi qtil doppju deskritt “kwiet” miz-zijiet

  • Apr 15, 2019 12:43
  • Miktub minn iNews
"

    Waħda miz-zijiet tar-raġel akkużat bil-qtil ta' ommu u oħtu iddeskrivitu bħala “kwiet”, oħra qalet li huwa “tifel tajjeb ħafna” mentri zija oħra semmiet kif ommu ħolqot problemi fil-familja.

    It-tlieta li huma kienu qed jixhdu quddiem il-Maġistrat Joseph Mifsud hekk kif kompliet il-kumpilazzjoni ta' Joseph Bonnici, ir-raġel ta' 38 sena minn Ħal Għaxaq mixli bil-qtil t'ommu Maria Lourdes u t'oħtu Angele.

    L-omm ta' 70 sena u bintha ta' 29 sena nstabu mejta f'għalqa fil-Gudja u mill-awtopsja rriżulta li nqatlu b'tiri ta' arma tan-nar u daqqiet ta' mazza fuq rashom.

    Għalkemm fl-istqarrija lill-Pulizija ammetta li qatilhom, meta tressaq fil-Qorti huwa wieġeb li ma kienx ħati.

    Minbarra z-zijiet tiegħu fl-aħħar seduta xehdu numru ta' pulizija involuti fl-investigazzjoni fejn, fost oħrajn, issemma kif mill-awtopsja rriżulta li Angele kellha żewġ balal f'rasha u ġrieħi f'wiċċha mentri ommha kellu wkoll ġrieħi f'wiċċha kif ukoll feriti li jindikaw li kien hemm balal daħlu u ħarġu minnha.

    Il-prosekuzzjoni f'dan il-każ qed titmexxa mill-Ispettur Keith Arnaud u John Spiteri mentri l-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri qed jiddefendu lil Bonnici.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0