Il-Gvern jibda jirranġa 17-il triq f'Buġibba u l-Qawra

  • Apr 15, 2019 13:18
  • Miktub minn iNews
"

    Permezz ta' Infrastruttura Malta l-Gvern beda jirranġa 17-il triq f'Buġibba u l-Qawra li jinsabu fi stat ħażin għalkemm dan se jkun qed isir b'mod temporanju sakemm jinbnew mill-ġdid.

    It-toroq fejn se jsiru t-tiswijiet jinkludu Triq Isouard, Triq Toni Bajada, Triq Ċensu Tanti, Triq iċ-Ċagħaq, Triq l-Ibħra, Triq il-Ġifen, Triq Sant’ Antnin, Triq il-Ħalel, Triq iċ-Ċern, Triq is-Sajjieda, Triq J. Quintinus, Triq Annetto Caruana, Triq il-Port Ruman, Triq il-Maskli, Triq l-Imħar, Dawret il-Gżejjer u Triq ir-Ramel.

    L-aċċess bil-mixi f’dawn it-toroq u d-djar u n-negozji li hemm fihom se jibqa’ miftuħ f’kull ħin nadankollu waqt ix-xogħlijiet fil-ġimagħtejn li ġejjin partijiet minnhom jistgħu jkunu magħluqin għall-karozzi. 

    Infrastruttura Malta ikkordinat dawn ix-xogħlijiet mal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li qed iwaħħal tabelli biex javża fejn ma jistgħux jitħallew karozzi pparkjati.

    Jekk dawn it-tabelli jiġu injorati, il-karozzi li jitħallew ipparkjati fit-toroq imsemmijin mit-Tnejn filgħodu ‘l quddiem jiġu rmunkati biex ix-xogħol ikun jista’ jsir bla dewmien.

    Għaxra minn dawn it-toroq se jinbnew mill-ġdid din is-sena bħala parti mill-investiment nazzjonali ta’ €700 miljun ippjanat għas-seba’ snin li ġejjin u  x-xogħol fuq tlieta minnhom - Triq it-Turisti, Triq il-Luzzu u Triq Għawdex – diġa nbeda wat li daqt jibda wkoll ix-xogħol fuq Triq San Pawl li hija t-triq ewlenija li tgħaqqad din il-lokalità max-Xemxija u Burmarrad.

    Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapital Ian Borg irrimarka li dawn it-toroq ilhom is-snin mingħajr manutenzjoni adekwata u x-xogħol temporanju se jsir biex jitnaqqas ir-riskju għal min jgħaddi minnhom.

    Huwa sostna li l-Gvern ma setax jibqa' aktar jistenna lill-kunsill lokali tal-lokalita jirranġahom wara snin twal li matulhom qatt ma ġew irranġati.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0