Juventus jevalwaw il-progress ta’ Alderweireld

  • Apr 15, 2019 15:16
  • Miktub minn iNews
"

    Id-difensur ċentrali ta’ Tottenham Hotspur, Toby Alderweireld, huwa lest li jħalli Londra sabiex jingħaqad ma’ klabb ieħor. Juventus qed jevalwaw il-possibbiltá li jidħlu għall-player mill-Belġju. Madankollu, il-Bianconeri jridu joqogħdu attenti mill-kompetizzjoni li mistennija jkun hemm minn Arsenal. Manchester United, Manchester City u Chelsea li wkoll qed jaraw il-progress tal-player ta’ 30 sena.

    Juventus qed ifittxu xi difensuri ġodda għall-istaġun li ġej anke għax il-famużi BBC (Bonucci, Barzagli, Chiellini) m’għadhomx żgħar u l-awtoritajiet tal-club bdew iħarsu lejn il-ġejjieni.

    Alderweireld lagħab ukoll ma’ Ajax, Atletico Madrid u Southampton u ilu ma’ Spurs sa mis-sena 2015 fejn lagħab 111 partita u skorja ħames gowls.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0