AĠĠORNAT: 'Insaqsi… Eliminajna l-korruzzjoni jew le?... Il-GRECO qalulna li pajjiż korrot? - Godfrey Farrugia... 'Min jiżra' ir-riħ jaħsad tempesta - Il-PM

  • Apr 15, 2019 18:50
  • Miktub minn iNews
"

    Aġġornat:

    ia Id-Deputat Godfrey Farrugia beda l-intervent tiegħu billi staqsa jekk l-pajjiż eliminx il-korruzzjoni. Semma’ dak li qal l-GRECO, u qal li “dawn qalulna li pajjiż korrott”. Enfasizza li r-rappor tal-GRECO għandu jiftħilha għajnejha biex nerġgħu nisabbilixxu l-kredibilità.

    Aktar qabel:

    Il-Parlament iddiskuta ir-rapport ta’ evalwazzjoni tal-GRECO dwar Malta u li kien ippubblikat fit-3 ta’ April. Fil-bidu tad-diskussjon, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li “dan ir-rapport bħal kull rapport ieħor nilqgħuh b’mod kostruttiv. Mhux se nattakkaw jew nimminaw lil min ikun għamel rapport.” Enfasizza li “fl-aħħar mill-aħħar, min jiżra ir-riħ ikun qed jaħsad it-tempesta.

    Din hi parti mir-riżultat dirett tal-mod irresponsabbli ta’ kif parti mill-Oppożizzjoni aġixxiet fl-aħħar snin. Sorpriż kif il-membri tal-Oppożizzjoni qalu li ma jaqblux ma’ dak li qal Sven Giegold membru tal-Grupp tal-Ħodor li ried li Malta jitneħħielha id-dritt tal-vot.” Hu qal li hu sorpriż għax dak li qal dan l-MEP, hu dak li kien ilu jiġi jitmugħ. Tenna li “kif pinġewna uħud mill-membri tal-Oppożizzjoni bilfors iridu jattwaw artiklu 7 u mbagħad dawn ħarġu jgħidu li ma qablux. Ġejna f’sitwazzjoni fejn dikjarazzjoni tal-Oppożizzjoni stess qed tirriġetta ta’ parti mill-esponenti tagħha. Ngħid imma li s-sistema tagħna fadlilha ħafna x’ittejjeb u fejn titjieb.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0