Minn Titti għal Tina... Il-kelba Tina taf tkun l-attrazzjoni l-ġdida f’St. Peter’s Pool

  • Apr 15, 2019 18:35
  • Miktub minn iNews
"

    Matul l-aħħar snin, fl-istaġun sħun tas-sajf, Titti, kelba tar-razza Jack Russell, kienet tpaxxi l-għajnejn fiż-żona ta’ St. Peter’s Pool, b’abilità tagħha li flimkien ma’ sidha, Carmelo Abela, taqbeż għal rasha u tgħum. Tant kemm kienet saret popolari, li kienet spiċċat fl-aħbarijiet internazzjonali u fuq diversi filmati.

    Sforunatment, ftit xhur ilu, Carmelo kellu jraqqad lil Titti minħabba kumplikazzjonijiet f’qalbha. Bla dubju n-nuqqas ta’ Titti ħalla vojt kbir f’qalb Abela.

    Iżda ftit tal-jiem ilu, Carmelo tefa’ ritratt ta’ Tina, kelba li wkoll hi tar-razza Jack Russell u li hija l-ħabiba l-ġdida tiegħu. Tina ingħatat lil Carmelo permezz ta’ adozzjoni minn familja Russa.

    Intant kulħadd qiegħed jistenna fuq ix-xwiek jekk Tina hux se tkun l-attrazzjoni l-ġdida f’St. Peter’s Pool u tkompli fejn ħalliet Titti.

    J’Alla naraw lil Tina tferraħ lill-mijiet ta’ tfal u adulti li ta’ kull tmiem il-ġimgħa jżuru l-ġmiel li jaf joffri s-St. Peter’s Pool.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0