It-traġedja ta’ Hillsborough... 30 sena mill-agħar traġedja fl-istorja tal-isports Ingliż

  • Apr 15, 2019 19:30
  • Miktub minn iNews
"

    30 sena ilu, propju fil-15 ta’ April tal-1989, il-futbol fl-Ingilterra kien maħsud bl-ikbar traġedja fl-istorja tal-isports. Kienet is-semi-finali mistennija tat-tazza FA Cup bejn Liverpool u Nottingham Forest fil-grawnd Hillsborough f’Sheffield. Il-grawnd kiem mimli daqs bajda, b’aktar nies milli suppost. Traġedja li kienet ikkaratterizzata b’ħafna kontroversja u li b’aktar attenzjoni u dixxiplina setgħet ġiet evitat.

    It-traġedja seħħet appena nfetħet Gate C, bil-għan li jinfirxu aktar in-nies. Kuntrarju għal dan, hekk kif infetħet il-Gate C, aktar sapporters ta’ Liverpool daħlu fil-grawnd. Kien hawn hekk fejn f’daqqa waħda ċedew xi stands bis-sapporters tal-Liverpool fl-Lepping Stand.

    B’kollox mietu 96 persuna u indarbu 766 sapporter. It-traġedja diġà kienet kerha u sħaba sewda fuq il-futbol Ingliż kollu. Sfortunament, dan ma waqqafx lill-pulizija Ingliża milli tagħti rapporti foloz lill-midja ta’ kif seħħet verament it-traġedja. Il-pulizija qalu li kienu l-hooligans, sapporters ta’ Liverpool li qalgħu l-inkwiet.

    Minkejja dan, fl-1990, rapport dwar it-traġedja, bl-isem ‘Taylor Report’, qal li l-inċident seħħ frott in-negliġenza tas-South Yorkshire Police. Fl-2012 bord ta’ individwi kkonfermaw dan ir-rapport u xejnu r-rapporti foloz li kienu saru ftit ġimgħat wara t-traġedja.

    Sal-lum il-ġurnata, il-ġurnal The Sun, li kellha titlob skuża talli ppubblikat r-rapporti foloz tal-pulizija, hu wieħed mill-ġurnali li s-sapporters tal-Liverpool ma jixtrux. Dan jagħmluh bħala boycott lejn din il-gazzetta minħabba “l-ġideb” li din kienet xerrdet.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0