Raġel bid-‘Downs Syndrome’ imut wara għaxart ijiem bil-ġuħ minħabba nuqqas ta’ kommunikazzjoni bejn l-istaff tal-isptar

  • Apr 15, 2019 20:40
  • Miktub minn iNews
"

    Qed ikun allegat li fir-Renju Unit, Giuseppe ‘Joe’ Ulleri, raġel ta’ 61 li twieled bil-kundizzjoni tad-‘Downs Syndrome’, tħalla jmut fis-sodda tal-isptar wara għaxart ijiem bla ikel. Joe tħalla bla ikel mill-infermiera tal-isptar wara nuqqas ta’ kommunikazzjoni bejn l-istess infermiera dwar kif kienu se jagħtu l-ikel lil Joe.

    Fid-dawl ta’ dan, oħt Joe, Ria Ulleri, attriċi ta’ 48 sena minn Londra, qed tallega li l-mewt ta’ ħuha, li ddaħħal l-isptar wara li waqa’ f’daru, hija tort l-infermiera tal-isptar. Fi kliemha, “ħija miet mewta krudili u orribbli.”

    Kien wara li saret investigazzjoni dwar il-kawża tal-mewt ta’ Joe li l-familjari saru jafu li dan tħalla bil-ġuħ. Xokkanti wkoll huwa n-numru ta’ piż f’kilogrammi li Joe tilef minħabba “in-nuqqas ta’ kommunikazzjoni u azzjoni mill-infermiera tal-isptar.” Skont Ria Ulleri, ħuha naqas ftit aktar minn 18-il kilo matul l-għaxart ijiem li hu għamel bil-ġuħ.

    Ria kkonkludiet tgħid li ħuha, matul ħajtu, “dejjem stinka biex ikun irrispettat u ttrattat bl-istess mod, iżda fl-aħħar jiem ta’ ħajtu spiċċa mitluq mill-istess nies li suppost qegħdin hemm biex jiżgurawlu saħħa tajba.”

    Joe kien l-ikbar fost erba’ ħutu, u huwa deskritt minnhom bħala “persuna ċajtiera u dejjem bi tbissima fuq fommu.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0