'Graziella u Fallon mietu minħabba nuqqas ta’ ippjanar' - David Agius... Tkompli tkun ippolitiċizzata t-traġedja tal-bieraħ

  • Apr 15, 2019 21:15
  • Miktub minn iNews
"

    Fil-bidu tal-intervent tiegħu fil-Parlament, id-Deputat Nazzjonalista David Agius qal li Graziella u Fallon mietu traġikamen nhar il-Ħadd minħabba nuqqas ta’ ippjanar. Id-Deputa Nazzjonalista David Agius kompla jgħid li l-Gven Laburista nawwar il-kredibilià ta’ Malta. Qal li hemm xejn inqas minn 10 istituzzjonijiet li qed jgħidu li dan hu Gvern korrott imma l-gvern minn naħa tiegħu jibqa’ jgħid hu it-tajjeb.

    “L-Oppożizzjoni kważi jieħdu pjaċir li jiġi d-deni fuq il-pajjiż” - il-Ministru Chris Fearne

    Il-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne fl-intervent tiegħu fil-Parlamnt qal li għandna sitwazzjoni fejn l-Oppożizzjoni kważi jieħdu pjaċir li jiġi d-deni fuq il-pajjiż”. Hu ddikjara li l-pajjiż għadu problema għax m’hawnx oppożizzjoni kredibbli. Spjega li “l-Partit Nazzjonalista ilu snin jipprova jimmina l-istituzzjonijiet. Attakkaw lill-Pulizija, lill-avukat ġenerali u oħrajn. ll-poplu m’emminhomx fl-aħħar elezzjonijiet. Apparti dan, l-istudju tal-Eurobarometer juri li l-Malti għadhom fiduċja fl-istituzzjonijiet, bl-armata ġġib 80 fil-mija u l-Pulizija 70 fil-mija. Imbagħad hemm 65 fil-mija tal-poplu li għandhom fiduċja fil-gvern. Dan minkejja dak kollu li ppruvaw jagħmlu tal-PN”.

    “Ilhom mis-san 2013 jimmartellaw id-demokrazija” - Simon Busuttil

    Id-Deputat Nazzjonalista Simon Busuttil fl-intervent tiegħu staqsa “għaliex istituzzjonijiet li ilhom sa minn żmien l-Ingliżi, ġew ipparalizzati minn Joseph Muscat. Is-saltna tad-dritt hi l-liġi tgħodd għal kulħadd issa l-GREĊO qed jgħidu li l-liġi ma tgħoddx għal kulħadd. Ilhom mill-2013 jimmartellaw id-demokrazija.” Hu qal li dak li qalu l-GRECO kienu sitwazzjonijiet li hu ilu jikkritika għal dawn l-aħħar sitt snin.

    “Mhux veru li hawn min għandu impunità” - il-Ministru Owen Bonniċi

    Il-Ministru għall-Ġustizzja, Owen Bonniċi fl-intervent tiegħu iddikjara li “mhux veru li f’Malta hawn min għandu impunità. Din hi gidba. Ma’ kien hawn l-ebda każ maġġuri li ma ġiex investigat b’inkjesta maġisterjali”. Tenna li “l-GRECO xogħlha hu li tikkitika. Analizzajt ir-rapporti li ħarġu, li f’ċerti pajjiżi għadhom lanqas ippubblikawh, u dawn ukoll għamlu l-kritika lejhom”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0