Kampjonat Premier: Sliema W. għadhom fl-isfida għar-raba’ post

  • Apr 15, 2019 21:40
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Dominic Borg

    Sliema W. ............... 0

    Senglea A................ 0

     

    F’partita medjokri u li naqset milli tilħaq l-aspettativa, Sliema Wanderers u Senglea Athletic temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ mingħajr goals.

    B’hekk il-Wanderers laħqu lil Hamrun Spartans fir-raba’ post bi 42 punt u baqgħu jittamaw li din il-pożizzjoni tista’ ddaħ­ħal­hom fl-Europa League, skond l-eżitu tal-FA Trophy.

    Min-naħa ta’ Senglea, dawn għandhom bżonn żewġ punti oħra biex jaċ­ċertaw mis-salvazzjoni.

    Qabel il-partita, il-midfielder internazzjonali Ryan Fenech ġie rregalat bi flokk kommemorattiv hekk kif fil-partita preċedenti kontra Qormi li fiha l-Wanderers ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-2 lagħab it-300 logħba tiegħu fil-Premier biex b’hekk sar id-49 player fl-istorja li laħaq dan it-tragward. Matul dan l-istaġun s’issa huwa skorja żewġ goals u pprovda sitt assists.

    Sliema Wanderers li f’din il-partita ddiżappuntaw hekk kif ħolqu azzjoni waħda biss denja ta’ nota, kellhom l-iskwadra kollha għad-dispożizzjoni tagħ­hom waqt li s-Sengleani kellhom lil Augusto Rene Caceres sospiż.

    Kienu Senglea Athletic li ħolqu l-ewwel periklu fis-16-il minuta permezz ta’ xutt potenti minn free-kick tal-Brażiljan Diego Venancio li għadda ftit barra mil-lasti difiżi mill-goalkeeper tal-Wan­derers, Timmy Aquilina.

    Huma komplew jippressaw u man-nofs siegħa logħob cross-shot insidjuż ta’ Leighton Grech ġie salvat minn Aquilina.

    B’mod gradwali, is-Sengleani komplew jiddo­minaw u sitt minuti wara, il-Ġappuniż Taisei Marukawa mix-xellug qabeż numru ta’ players tal-Wanderers qabel avvanza fil-kaxxa iżda kellu x-xutt fil-baxx tiegħu mill-viċin jiġi newtralizzat mill-goalkeeper Slimiż.

    L-ewwel 20 minuta tat-tieni taqsima kienu ferm kwieti  u nieqsa minn kull emozzjoni fejn ma ġiet innutata l-ebda azzjoni denja ta’ nota miż-żewġ naħat.

    Kien biss fl-74 minuta li waslet l-unika azzjoni pe­rikoluża li kienet min-naħa tal-Wanderers meta Ryan Fenech kellu xutt mid-distanza jintemm ftit barra.

    Fil-85 minuta, fl-aħħar azzjoni ta’ dan il-konfront, il-free-kick ta’ Diego Venancio, li kien l-aħjar player fil-ground, spiċċa barra.

    SLIEMA W.: 12-Timmy Aquilina, 2-Alex Muscat, 4-Matias Muchardi, 5-Kurt Shaw, 8-Mark Scerri, 9-Ignacio Varela, 10-Ryan Fenech (John Mintoff 88), 11-Nortey Ashong Nii (6-Jonathan Pearson 73), 23-Claudio Pani, 33-Stefano Bianciardi, 57-Younes Marzouk  - Coach: Stefano Maccoppi

    SENGLEA A.:  1-Matthew Farrugia, 3-Taisei Marukawa, 4-El Medhi Sidqy, 5-Zachary Cassar, 7-Leighton Grech (2-Matthew Bartolo 90), 8-Gonzalo Julian Leyton, 9-Romulo Silva Santos, 11-Diego Venancio, 20-Matias Nicolas Garcia, 23-Karl Cutajar (77-Bradley Schembri 79), 24-Arian Mrsulja - Coach: Vincenzo Potenza

    REFEREE: Etienne Mangion

    ASS. REFEREES:Edward Spiteri, Darko Stankovic

    RABA’ UFF: Glen Tonna

    AMMONITI: G. J. Leyton, Z. Cassar (SA), C. Pani, A. Muscat, S. Bianciardi, K. Shaw (SW), G. Leyton, Z. Cassar, B. Schembri (SA)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:Diego Venancio (SA)

     

          

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0