Kampjonat Premier: Gzira Utd jaċċertaw mit-tielet post

  • Apr 15, 2019 21:42
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: File Photo

    Gzira Utd................. 1

    Floriana................... 0

     Gzira United għelbu lil Floriana bl-iskor ta’ 1-0 biex aċċertaw it-tielet pożizzjoni.

    Min-naħa ta’ Floriana, din il-logħba kienet waħda ta’ formalitá hekk kif huwa diġá salvi.

    Kienu Gzira li ħarġu taj­jeb u wara ħames minuti Juan Carlos Corbolan avvanza u fajjar xutt fil-baxx iżda sab lill-goalkeeper, Ini Akpan, attent.

    Il-Greens irrispondew wara kwarta logħob, meta Arthur Oyama mix-xellug indirizza l-ballun lejn Kristian Keqi li d-daqqa ta’ ras tiegħu minn qagħda ċentrali għaddiet ftit għoli.

    Fit-23 minuta, il-Maroons fetħu l-iskor meta  mill-cross  ta’ Sacha Borg, id-difensur Emerson Mar­celina f’tentattiv li jikklerja xeħet il-ballun fix-xibka tiegħu stess.

    Fis-27 minuta Floria­na resqu viċin li jiksbu l-goal tad-draw meta xutt insidjuż ta’ Arthur Oya­ma ġie devjat f’corner.

    Fl-34 minuta, Haruba Garba fil-kaxxa venven xutt b’saħħtu iżda l-goalkeeper Akpan kien pront u biegħed il-periklu b’saqajh.  Sitt minuti wara kien l-istess Garba li mil-lemin xeħet lejn Mengolo li x-xutt angolat minn barra l-kaxxa ġie newtralizzat minn Akpan.

    Il-Greens dehru determinati li jakkwistaw il-goal tad-draw u fl-46 minuta, xutt ta’ Kristian Keqi mill-bogħod għadda ftit barra. Iżda aktar ma beda jgħaddi l-ħin minkejja li Floriana kellhom aktar pussess tal-ballun huma rari kienu ta’ theddida lejn il-lasti difiżi minn Haber. 

    Fis-76 minuta, free-kick mogħti minn Oya­ma spiċċa f’idejn il-goal­keeper Justin Haber. 

    Lejn it-tmiem, il-partita żvolġiet f’waħ­da falluża u dan għamilha diffiċli għar-referee Trustin Farrugia Cann biex iżomm l-ordni.

    Fil-ħin miżjud il-goalkeeper Gżirjan ħtieġlu jwettaq save u dawwar f’corner xutt qawwi ta’ Te­rence Vella mill-viċin.

    Inutli kienu l-isforzi aħħarin tal-Greens min­ħab­ba li riżultat sat-tmiem baqa’ ma nbidilx.

    GZIRA U.: 16-Justin Haber, 8-Rodolfo Soares, 10-Andrew Cohen (13-Clifford Gatt Baldacchino 77), 11-Juan Carlos Corbolan (7-Zachary Scerri 60), 20-Edison Bilbao Zarate, 21-Roderick Briffa, 23-Gianmarco Conti, 26-Sacha Borg,  29-Justin Junior Mengolo (6-Nikolai Muscat 45), 31 Fernando Barbosa, 99-Haruna Zambuk Garba - Coach: Jesmond Zerafa

    FLORIANA: 12-Ini Akpan, 6-Enzo Ruiz, 9-Kristian Keqi,11-Diego Paiber, 17-Jurgen Pisani, 20-Tiago Galvao da Silva (8-Clyde Borg 77), 22-Alexander Cini, 25-Ulises Jose Arias (32 Ezequiel Cesani 46), 26-Arthur Henrique Oyama, 91-Emerson Marcelina, 96-Daniel Agius (80-Terence Vella 56) - Coach: Guido Ugolotti

    REFEREE: Trustin Farrugia Cann

    ASS. REFEREES:Roberto Vella, Duncan Spencer

    RABA’ UFF: Matthew Degabriele

    SKORERS: E. Marcelina 23 o.g (GU)

    AMMONITI:J.J. Mengolo (GU), R. Enzo, J. Pisani, B. D. Paiber (F)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:Roderick Briffa (G)

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0