Kampjonat Premier: Hibernians sorpriżi minn Qormi

  • Apr 15, 2019 23:00
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Dominic Borg

    Hibernians .............. 1

    Qormi...................... 3

    Qormi rreġistraw l-akbar sorpriża tal-istaġun meta warrbu għal kollox l-isfida ta’ Hibernians u għelbuhom bl-iskor ta’ 3-1.

    B’rebħa l-Pawlisti kien ikollhom id waħda fuq it-titlu meta lagħbu kontra team li qed jiġġieled biex iżomm postu mal-kbar.

    Qormi fetħu l-iskor kontra x-xejra tal-logħob, wara kwarta logħob meta  wara li  rċieva l-ballun minn corner YANNICK YANKAM għola tajjeb u b’daqqa ta’ ras preċiża xeħet il-ballun fix-xibka.

    Iżda l-Qriema ftit damu jifirħu hekk kif tliet minuti biss wara, il-Pawlisti ġabu l-iskor indaqs meta wara taħwida fil-kaxxa, id-difensur ANDREI AGIUS minn pożizzjoni ideali tefa’ l-ballun wara David Cassar.

    Huma komplew jippersistu u fit-23 minuta l-istess Andrei Agius kien għoddu rreġistra doppjetta personali meta kellu freekick insidjuż jiġi mdawwar f’corner bi bravura minn David Cassar.

    Fit-42 minuta, Hibernians kienu sfortunati li ma marrux fil-vantaġġ meta xutt imdawwar mid-distanza ta’ Marco Sahanek stampa mal-wieqfa.

    Iżda huma sofrew doċċa kiesħa qabel  tmiem l-ewwel taqsima meta Yannick Yankam indirizza cross fejn ANTONIO ROZZI kkonkluda b’xutt fil-baxx.

    Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Hibernians, ħarġu ferm aggressivi u fit-63 minuta Marco Sahanek minn az-zjoni ta’ free-kick, xeħet cross lejn Andrei Agius li għola tajjeb iżda ra t-tentattiv tiegħu minn daqqa ta’ ras jintemm ftit barra.

    Fil-81 minuta, Qormi spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa għalihom Tensior Gusman wara li rċieva żewġ karti sofor.               

    Iżda Qormi ssiġillaw ir-rebħa fid-89 minuta meta MALELA BANGOURA ħarab tajjeb max-xellug, avvanza u b’xutt djagonali għeleb lil Marko Jovicic.

    HIBERNIANS: 1-Marko Jovicic, 4-Dunstan Vella (2-Timothy Tabone Desira 90), 5-Nemanja Radojevic (9-Rafael Tardini Montiero 68), 6-Marcio Barbosa Da Silveira, 7-Joseph Essien Mbong, 8-Jake Grech, 11-Bjorn Kristensen (21-Daneel Abela 90), 13-Isaac Toah Ntow, 17-Taylon Nicolas Marcolino, 19-Marco Sahanek, 20-Andrei Agius - Coach:  Stefano Sanderra

    QORMI: 24-David Cassar, 5-Davide Mansi, 6-Yannick Yankam, 7-Antonio Rozzi, 14-Alan Abela (27-Alessio Cassar 74), 20-Wellington De Oliveira (97-Iven Zammit 76), 51-Jordy Mboyo Lokando, 68-Malela Bangoura (30-Luke Busuttil 90), 77-Lucas Santana, 90-Romeu Pericles Romao, 99-Tensior Gusman - Coach: Mario Muscat

    REFEREE: Stefan Pace

    ASS. REFEREES:Jurgen Spiteri, Mitchell Scerri

    RABA’ UFF: Darryl Agius

    SKORERS:Y. Yankam 15, A. Rozzi 45, M. Bangoura 89 (Q), A. Agius 18 (H)

    TKEĊĊA: T. Gusman 81 (Q)

    AMMONITI: D. Vella, T. N. Marcolino (H), T. Gusman (2), Y. Yankam, A. Abela, D. Cassar, R. Pericles Romao (Q)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:Yannick Yankam (Q)

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0