L-organizzazzjoni “Tobba għal Sigurtà tat-Toroq” jgħidu li l-interventi biex tittejjeb is-sigurtà fit-toroq mhumiex effettivi

  • Apr 16, 2019 10:32
  • Miktub minn iNews
"

    L-interventi kollha biex tittejjeb is-sigurtà fit-toroq ta’ pajjiżna s’issa ma kinux effettivi biex jitnaqqsu l-imwiet f’inċidenti fit-toroq. Qalu dan it-Tobba għal Sigurtà tat-Toroq (D4RS), li qalu li Malta hija l-unika pajjiż fl-Unjoni Ewropea li mhux talli ma ratx tnaqqis fl-inċidenti fatali fit-toroq tagħha, iżda talli rreġistrat żieda.

    D4RS intant ħeġġet lis-sewwieqa biex ikunu aktar kawti u jagħtu aktar attenzjoni waqt li jkunu qed isuqu u josservaw ir-regolamenti kollha tat-traffiku.

    Fl-istess waqt l-għaqda ħeġġet lill-awtoritajiet biex jagħtu l-attenzjoni massima lis-sigurtà fit-toroq ta’ pajjiżna u jassiguraw li s-sigurtà tkun fi stat ottimali waqt ix-xogħlijiet estensivi li qed isiru fit-toroq f’dan iż-żmien. D4RS ħeġġet ukoll li d-dinamiċi ta’ kull inċident fatali jkunu studjati xjentifikament u r-riżultati ta’ dawn l-istudju isiru pubbliċi.

    Dan filwaqt li ħeġġet ukoll biex il-liġi f’pajjiżna tinbidel u tiġi konformi mal-leġiżlazzjonijiet internazzjonali għal moniteraġġ u infurzar aħjar tal-liġi dwar sewqan taħt l-effett tal-alkoħol.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0