Il-kunflitti fil-Libja b’effett minimu fuq l-operazzjonijiet fl-ajru f’Malta

  • Apr 16, 2019 11:03
  • Miktub minn Melvin Farrugia
"

    S’issa kien hemm biss talba minn operatur wieħed li talab biex jittrasferixxi l-ajruplan minħabba sigurtà…

    Minkejja li l-kunflitti fil-Libja qegħdin ikomplu jikbru u jinfirxu, s’issa ma jidhirx li qegħdin iħallu effetti kbar fuq l-operazzjonijiet fl-ajru f’pajjiżna. Madankollu, dawn il-kunflitti jaffettwaw ir-rotot li joperaw fir-reġjun. Hekk sostna kelliem għal Transport Malta meta mistoqsi minn inewsmalta dwar is-sitwazzjoni li qiegħda teskala fil-Libja. Il-kelliem spjega kif s’issa kien hemm biss operatur wieħed ta’ linja tal-ajru li talab biex jittrasferixxi l-ajruplan tiegħu lejn Malta minħabba kwistjoni ta’ sigurtà.

    Il-kelliem spjega li qabel ma tintlaqa’ talba bħal din, l-operatur irid jikseb permess mill-Eurocontrol biex ikollu l-permess li jidħol fi spazju tal-ajru Ewropew. Barra minn hekk, biex dan iseħħ, l-ajruport internazzjonali ta’ Malta jrid ikollu l-ispazju li hemm bżonn biex jipparkja dan l-ajruplan. Intant, il-Prim Ministru tal-Gvern Libjan ta’ Tobruk, Fayez al Sarraj qed isostni li minħabba din l-instabilità fil-pajjiż jaf ikun hemm mat-800,000 immigrant li jitlaq lejn l-Ewropa. Al Sarraj qed jagħmel pressjoni fuq il-komunità internazzjonali biex jgħinu lill-qawwiet tiegħu ħalli jwaqqfu l-avvanz mill-amministrazzjoni rivali.

    Il-qawwiet ta’ Al Sarraj qegħdin jipprovaw iwaqqfu l-avvanza ta’ armata li hi mmexxija minn eks-ġeneral tal-eks-Mexxej, il-Kulunell Muammar Gaddafi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0