Qassis Malti fl-Awstralja akkużat b’offiżi sesswali u atti indiċenti

  • Apr 18, 2019 07:44
  • Miktub minn iNews
"

    Qassis Malti kien akkuzat b’disa’ offiżi li jinvolvu atti indiċenti u sesswali kontra ħames subin li għandhom bejn 12 u 15-il sena. Dawn il-każi allegatament seħħew meta dan il-qassis kien surmast tal-banda, u manager ta’ dormitorju f’Southern Highlands Boarding School fis-snin tmenin.

    Sorsi soltu infurmati qrib il-komunità Maltija f’Sydney qalulna li l-Pulizija arrestaw lil dan il-qassis Malti, li għandu 77 sena fid-dar tiegħu li tinsab f’Kensington. Jidher li fost l-akkużi hu kien akkużat b’assalt sesswali, assalt indiċenti u li kkommeta indiċenzi gavi meta dan kien f’Chevalier College f’Buradoo bejn is-sena 1982 u s-sena 1988.

    L-istess sorsi qalulna li l-każ jidher li inkixef b’riżultat ta’ Strike Force Caber, li kienet stabbilita f’Lulju tas-sena 2018 biex tinvestiga allegazzonijiet ta’ abbuż sesswal fuq tfal. Jidher li l-qassis ingħata l-libertà u hu mistenni li jerġa jidhr quddiem il-Qorti fit-22 ta’ Mejju.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0