Terremot ta’ 6.1 fuq l-iskala Ritcher fil-kosta ta’ Tajwan

  • Apr 18, 2019 08:11
  • Miktub minn iNews
"

    Terremot b’qawwa ta’ 6.1 fuq l-iskala Ritcher għadu kemm seħħ fil-belt ta’ Hualien fil-kosta ta’ Tajwan. Hu rapportat li l-bini nħass jiċċaċlaq u li s-servizzi tat-trasport taħt l-art fil-kapitali Taipei twaqqfu bħala miżura ta’ sigurtà.

    Filmati minn stazzjonijiet televiżivi lokali wrew tfal li kienu qegħdin ikunu evakwati mill-bini mentri uffiċjal mill-uffiċċju meteoroloġiku qal li dan kien l-aktar terremot qawwi li laqgħat lil din il-gżira din is-sena.

    Jingħad li waħda mit-toroq prinċipali fid-distrett ta’ Xinyi li huwa ċ-ċentru tan-negozju tal-belt ta’ Taipei, sofriet ħsarat tant li hi maqsuma b’xaqq kbir kawża tal-istess movimenti kkawżati mit-terremot.

    S’issa m’hemm ebda rapporti ta’ fatalitajiet jew persuni midruba iżda l-gvern ċentrali qal li nieda ċentru ta’ emerġenza biex jgħin f’kull bżonn jew eventwalità li tista’ tinqala’ minħabba t-terremot.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0