Jiġbru €1,000 bħala għeluq tas-Sekondarja b’differenza

  • Apr 18, 2019 09:42
  • Miktub minn iNews
"

    Ħafna studenti jagħżlu modi differenti ta’ kif itemmu l-ħames snin fis-sekondarja tagħhom. L-istudenti fi ħdan il-Kulleġġ San Benedittu Sekondarja Kirkop għażlu li jagħmlu dan b’ġest nobbli. Kien ilhom żmien jaħsbu x’jistgħu jagħmlu biex iħallu l-marka tagħhom fl-iskola. Dan wara li s-sena l-oħra l-grupp tal-Ħames Sena għażlu li jqaxxru xagħarhom bħala fund raising u ġabru s-somma ta €450 għal Puttinu. Minn hawn u minn hemm, din is-sena ħriġna bl-idea li nagħmlu T-Shirt personalizzat biex b’hekk mhux biss ikollom rikordju iżda bl-għajnuna ta’ bosta individwi li semgħu xi xtaqu dawn l-istudenti, ingħaqdu magħna bid-donazzjonijiet tagħhom biex b’hekk dawn l-istudenti rnexxielhom jiġbru s-somma ħelwa ta’ €1000 għal Dar Bjorn (It-Tieni Dar). 

    Waqt diskors żgħir tiegħu, Bjorn spjega kif għalkemm diġà hawn Dar Bjorn F’Ħal Qormi, ħafna aktar nies għandhom bżonn l-għajnuna, b’hekk inħasset il-ħtieġa li tinfetaħ it-tieni dar. Bħala skola diġà konna ġbarna s-somma sabiħa ta €10,000 sentejn ilu minn attivitajiet varji li saru matul is-sena skolastika, u din is-sena xtaqna nerġgħu ngħinu lil Bjorn fl-għan tiegħu. €1000 minnhom ser ikunu nġabru bis-saħħa tal-5th Formers tas-sena 2019. Meta ħriġna b’din l-idea kien hemm grupp ta ‘l fuq minn 200 student li wrew għaqda liema bħalha. Sarah Scicluna, Isabelle Farrugia, Kimberley Ellul, u Martina Zammit flimkien mal-għalliema tagħhom Ms Ann-Marie Micallef, ingħaqdu biex setgħu jinġabru l-flus u l-qisien ta’ dawn it-T-shirts. Iżda mhux huma biss. Ingħaqdu magħhom sħabhom l-istudenti kif ukoll bosta għalliema. Kif imxiet il-kelma ta’ x’kellhom f’moħħhom dawn l-istudenti, ingħaqdu anke individwi li offrew id-donazzjonijiet tagħhom. B’hekk l-ammont tela’ għal €1000. 

    Iżda dan kollu mhux ser jieqaf hawn. Bħala skola, norganizzaw Festa Komunità fejn waqt li jiġi organizzat Bar-be-que ser ikun hemm attrazzjonijiet varji, fosthom xow tal-karozzi Amerikani u kant u żfin minn bosta personalitajiet popolari. Din ser issir nhar it-28 ta’ Ġunju. Inħeġġeġ lil-pubbliku jingħaqad magħna ħalli nkunu nistgħu ngħinu lil Bjorn Formosa fl-aħħar ta’ din is-sena. Segwu l-paġna ta’ Facebook  ‘’Benedittu Productions’’ għal aktar informazzjoni fuq din l-attività.

    Intemm billi ngħid lill-istudenti tagħna li wrejtuna li fejn hemm l-għaqda hemm is-saħħa, u dik id- daqsxejn biża’  li seta’ kellna għax kontu l-ewwel grupp ta’ Co-Ed, urejtuna li intom żgħażagħ ta’ rispett u tal-affari tagħkom u l-enerġija u l-entużjażmu tagħkom iddedikajtuh għal ġest nobbli. Jalla aktar żgħazagħ isegwu l-passi tagħkom. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0