Malta fuq quddiem fil-qasam tal-blockchain

  • Apr 18, 2019 11:06
  • Miktub minn iNews
"

    L-eks Prim Ministru u membru tal-Parlament Ewropew Alfred Sant qal lil Parlament Ewropew li Malta hija fuq quddiem nett fil-promozzjoni tat-teknoloġija tal-blockchain billi stabbiliet qafas regolatorju fuq livell nazzjonali. L-MEP qal li l-UE ma għandhiex tgħaġġel biex iddaħħal qafas regolatorju għat-tecknoloġija tal-blockchain fuq livell Ewropew minħabba it-talba ta’ xi Gvern partikolari.

    L-MEP kien qed jirreaġixxi għad-dikjarazzjoni tal-Ministru Franċiż Bruno Le Maire. Fid-diskors tiegħu fil-konferenza ‘Paris Blockchain’ fil-15 ta’ April, il-Ministru Le Maire tkellem dwar il-ħolqien ta’ qafas regolatorju Ewropew li jirregola l-crypto-assets, ispirat mill-mudell Franċiż. Quddiem esponenti ewlenin tat-teknoloġija tal-Blockchain, Le Maire qal li jixtieq li Franza tkun “mudell ta’ referenza” fuq livell Ewropew u internazzjonali.

    Alfred Sant qal li jaqbel mal-Ministru Le Maire fuq l-impatt pożittiv tat-teknoloġija tal-Blockchain, b’mod partikolari fuq il-konsumaturi u ċ-ċittadini, f’firxa wiesgħa ta’ setturi.

    Alfred Sant qal lill-Parlament Ewropew li s-sena l-oħra l-Parlament Malti għadda liġijiet immirati biex jistabbilixxu qafas b’saħħtu u trasparenti għal Blockchain, crypto assets u DLT technologies. Malta hija fuq quddiem nett fil-promozzjoni tat-teknoġija tal-Blockchain billi ġa ħolqot qafas regolatorju u tista’ tkun fuq quddiem nett fuq livell Ewropew. Iżda dan il-potenzjal teknoloġiku għadu ma ġiex esplorat biżżejjed. Jista’ jtejjeb sezzjonijiet importanti tal-ekonomija b’mod sinifikanti kif ukoll il-kwalita` tas-servizzi pubbliċi.

    Alfred Sant żied jgħid li qafas legali Ewropew għandu jikkonsidra s-sistemi kollha nazzjonali, mhux l-inqas il-qafas Malti li kien l-ewwel wieħed li ġie stabbilit.

    Aktar minn hekk, wieħed irid jikkonsidra wkoll il-fatt li t-teknoloġija tal-Blockchain teħtieġ ż-żmien biex tiżviluppa aktar u li qafas Ewropew ma għandux jidħol bl-għaġġla fil-mument attwali għax dan jista’ jaffettwa l-iżvilupp u l-innovazzjoni f’dan il-qasam.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0