Il-qassis Malti akkużat b’atti sesswali fuq minorenni kien diġà ssemma f’każi simili oħrajn

  • Apr 18, 2019 12:03
  • Miktub minn iNews
"

    Inewsmalta hija mgħarrfa li Fr Anthony Caruana, il-qassis Malti li f’dawn l-aħħar sigħat ġie akkużat b’atti sesswali fuq tfal minorenni, kien issemma f’każi oħrajn ta’ abbużi sesswali fil-Kulleġġ ta’ Chevalier fil-belt ta’ Bowral.

    Il-każi jmorru lura għas-snin 80, bi 12-il student jallegaw li kienu abbużati sesswalment mill-qassis waqt li kienu jattendu l-iskola tal-Knisja.

    F’każi separati fl-1990 u l-1994, il-Qorti ta’ New South Wales kienet waslet għall-konklużjoni li Fr Caruana ma kienx ħati tal-akkużi miġjubin fil-konfront tiegħu, bl-Imħallef fit-tieni każ jindirizza lill-ġurija biex il-qassis ma jinstabx ħati.

    Fl-istess waqt rapporti fil-midja Awstraljana jindikaw li wieħed mit-12-il student li kienu allegaw li kienu sfaw sesswalment abbużati minn Fr Caruana ingħata kumpens mill-gvern statali.

    Fairfax Media kienet żvelat li l-istudent, li l-identità tiegħu baqgħet mistura, fl-2008 kien ingħata kumpens ta’ $20,000 mit-Tribunal tal-Kumpens għal Vittmi. Dan wara li kienet ikkonkludiet li l-istudent kien safa vittma ta’ abbuż sesswali bejn l-1984 u l-1985 minn qassis li kien jgħallem il-mużika fi ħdan il-Kulleġġ Chevalier.

    Madankollu minkejja din id-deċiżjoni min-naħa tat-Tribunal, il-Qrati waslu għal konlużjoni li l-qassis ma kellux jinstab ħati tal-akkużi miġjubin fil-konfront tiegħu.

    Il-midja Awstraljana kienet anke rrapportat li studenti li kienu allegaw li kienu ġew abbużati minn Fr Caruana kienu anke saħqu li l-iskola kienet skoraġġithom milli jirrapportaw l-abbuż lill-ġenituri u lill-pulizija.

    Intant b’rabta mal-akkużi miġjubin fil-konfront tiegħu lbieraħ, Fr Caruana kien akkużat b’disa’ offiżi li jinvolvu atti indiċenti u sesswali kontra ħames subin li għandhom bejn 12 u 15-il sena. Dawn il-każi allegatament seħħew meta dan il-qassis kien surmast tal-banda, u manager ta’ dormitorju f’Southern Highlands Boarding School fis-snin tmenin.

    Sorsi infurmati qrib il-komunità Maltija f’Sydney qalulna li l-Pulizija arrestaw lil dan il-qassis Malti, li għandu 77 sena fid-dar tiegħu li tinsab f’Kensington. Jidher li fost l-akkużi hu kien akkużat b’assalt sesswali, assalt indiċenti u li kkommeta indiċenzi gavi meta dan kien f’Chevalier College f’Bowral bejn is-sena 1982 u s-sena 1988.

    L-istess sorsi qalulna li l-każ jidher li inkixef b’riżultat ta’ Strike Force Caber, li kienet stabbilita f’Lulju tas-sena 2018 biex tinvestiga allegazzonijiet ta’ abbuż sesswali fuq tfal. Jidher li l-qassis ingħata l-libertà u hu mistenni li jerġa’ jidher quddiem il-Qorti fit-22 ta’ Mejju.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0