“Il-persuni b’dizabilita’ għandhom ikollhom d-dritt sħiħ għal assistenza personali” ? Alex Agius Saliba

  • Apr 18, 2019 13:18
  • Miktub minn iNews
"

    Il-kandidat tal-Partit Laburista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Dr Alex Agius Saliba tkellem fuq il-bzonn li fuq livell Ewropew tiġi mmexxiha ‘l quddiem proposta għal Direttiva sabiex persuni b’dizabilita’ jingħataw id-dritt għal assistenza personali bil-liġi. Huwa qal li din l-assistenza tkun strumentali sabiex persuni b’abbiltajiet differenti jilħqu l-ogħla livell ta’ indipendenza u jkunu jistgħu jgħixu l-ħajja li jixtiequ bl-aktar mod ħieles.

    F’laqgħa li kellu f’dawn l-aħħar ġranet mal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, is-Sur Oliver Scicluna, il-kandidat Laburista ddiskuta fit-tul id-diffikultajiet li persuni b’dizabilita’ jħabbtu wiċċhom magħhom fil-ħajja ta’ kuljum, u kif ukoll diversi bzonnijiet u opportunitajiet li jistgħu jiġu meqjusa. Matul din il-laqgħa Dr Agius Saliba qal li huwa d-dover tal-politiċi li jkun zgurat li persuni b’abbiltajiet differenti jintegraw bl-aktar mod sħiħ fis-soċjeta’ u jingħataw l-għajnuna kollha meħtieġa sabiex jirnexxu.

    Agius Saliba rrikonoxxa u faħħar l-impenn siewi tal-Gvern Laburista li matul l-aħħar ħames snin ħadem sabiex jiffaċilita l-integrazzjoni tal-persuni b’dizabilita’ fid-dinja tax-xogħol u sabiex jittaffew il-pizijiet. Huwa tenna li għandu jkompli jitmexxa ‘l quddiem dan ix-xogħol sabiex jiġi assigurat li persuni b’abbiltajiet differenti ma jkunux kostretti jitkarrbu għall-għajnuna għaliex jemmen li dawn għandhom jingħataw l-istess opportunitajiet u l-istess ċans li jirnexxu fil-ħajja.

    Huwa tenna għal darb’oħra li jemmen f’Ewropa aktar soċjali u aktar viċin in-nies, u qal li ser jimpenja ruħu sabiex jassigura li n-nies b’dizabilita’ jingħataw aktar ħarsien mil-liġi ħalli huma wkoll igawdu mill-frott tal-proġett Ewropew. Għaldaqstant, kif għamel matul l-aħħar snin anke permezz tal-ħidma tiegħu fil-Forum Zgħazagħ Laburisti, Agius Saliba saħaq li hu kommess li jkompli jzomm il-qasam soċjali fuq nett tal-aġenda tiegħu.

    Filwaqt li rrikonoxxa li t-triq biex jintlaħaq livell aktar denju ta’ ugwaljanza u aċċessibilita’ hija twila, Dr Agius Saliba qal li b’aktar impenn u sforz kollettiv Ewropew, jemmen li l-persuni b’dizabilita’ madwar l-Ewropa jistgħu jitilgħu l-iskaluna soċjali li jmiss.

    Il-kandidat Laburista temm jgħid li jekk jingħata l-fiduċja biex jirrapprezenta lill-gzejjer Maltin fil-Parlament Ewropew, huwa ser jibqa’ jaħdem mill-qrib tal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità sabiex jara li dejjem tingħata leħen u tkun inkluza b’mod effettiv fit-tfassil tal-politika soċjali, kemm fuq livell lokali u kif ukoll fuq livell Ewropew.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0