[FILMATI] Il-GWU tiffirma ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema ta’ Heritage Malta

  • Apr 18, 2019 13:13
  • Miktub minn iNews
"

    Il-General Workers’ Union (GWU) u Heritage Malta ffirmaw ftehim kollettiv ġdid għall-impjegati ta’ din l-aġenzija li permezz tiegħu se jkun hemm titjib fis-salarji tagħhom. Il-ftehim ikopri s-snin 2017, 2018 u 2019. 

    Is-Segretarju tat-taqsima GWU Gvern u Entitajiet Pubbliċi Kendrick Bondin stqarr li l-ħidma wara din il-ftehim kollettiv kienet waħda kontinwa u ma taqta’ xejn, li qed tissarraf f’pagi aħjar għall-ħaddiema.

    “Dan qed isir biex il-ħaddiema jibbenefikaw kemm b’mod finanzjarju kif ukoll tal-ħidma li qed iwettqu f’din il-professjoni li tant għandna bżonna għas-settur turistiku ġewwa Malta. B’dan il-ftehim, il-ħaddiema se jkunu inċentivati aktar biex jibqgħu fi ħdan l-aġenzija,” tenna Bondin.

    Huwa temm billi rringrazzja lill-Assistent Segretarju tal-istess taqsima George Zahra kif ukoll lill-predeċessur tiegħu Jeremy Camilleri tal-ħidma tagħhom għal dan il-ftehim.

    F’kumment li għadda lil dan il-ġurnal, l-Assistent Segretarju Zahra qal li: “l-ħaddiema wrew fiduċja assoluta fil-GWU u ssarrfet fi ftehim kollettiv tajjeb’ħafna li fih żidiet fil-pagi li jkopru s-snin 2017, 2018 u 2019. Se nkomplu għaddejjin b’dan ir-ritmu biex jerġa’ jintlaħaq ftehim kollettiv ieħor għas-snin li ġejjin.”

    Min-naħa tiegħu, l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici qal: "B'dan il-mod, qegħdin insaħħu l-professjonalizzazzjoni fi ħdan is-settur kulturali li qiegħed kulma jmur dejjem jiżviluppa f'ġeneratur ekonomiku u soċjali. Dan l-investiment fil-ħaddiema tas-settur kulturali se jġib aktar benefiċċji għas-soċjetà tagħna u aħna se nkomplu naħdmu biex niżguraw settur aktar aċċessibbli. Bl-istrateġija tagħha l-aġenzija qiegħda tikkultiva s-settur kulturali, dan jidher biċ-ċar speċjalment meta naraw l-iskemi ta' suċċess tagħha, fosthom il-Passaport ta' Heritage Malta u l-open days".

    Ta’ min jgħid li dan il-ftehim kollettiv kien l-ewwel wieħed iffirmat minn Kendrick Bondin fil-kapaċità tiegħu ta’ segretarju tat-taqsima GWU Gvern u Entitajiet Pubbliċi wara li fil-jiem illi għaddew huwa ġie maħtur fil-kariga. Dan il-ftehim kien frott tal-fatt li wara snin ta’ ħidma l-GWU kisbet maġġoranza assoluta u għarfien ewlieni f’Heritage Malta. 

    Il-ftehim kollettiv f’isem il-ħaddiema kien iffirmat mis-Segretarju tat-taqsima GWU Gvern u Entitajiet Pubbliċi Kendrick Bondin u l-Assistent Segretarju George Zahra, is-shop steward Joseph Farrugia u l-assistent shop steward Daniel Gafa’. F’isem l-aġenzija Heritage Malta ffirmaw l-Aġent Uffiċjal Kap Eżekuttiv Noel Zammit u l-maniġer tar-riżorsi umani u tas-servizz għall-viżitaturi Rachel Caruana.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0