Tnedija ta’ fond ta’ €2 miljun ta’ GO Ventures immirat lejn kumpaniji żgħar fil-qasam tat-teknoloġija

  • Apr 18, 2019 15:56
  • Miktub minn iNews
"

    “Biex nibqgħu fuq quddiem nett tar-rivoluzzjoni diġitali, huwa essenzjali li s-settur privat isir protagonist biex jattira talent barrani biex jappoġja żvillupp teknoloġiku fl-istess waqt li jgħin sabiex jikber u jissaħħaħ it-talent lokali” - Segretarju Parlamentari Schembri

    Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni Silvio Schembri nieda fond ta’ €2 miljun ta’ GO Ventures għall-kumpaniji żgħar fil-qasam tat-teknoloġija fl-oqsma tal-intelliġenza artifiċjali, big data u analyticsinternet of things, sigurtà diġitali, blockchainfintech u oqsma oħra.

    “Biex nibqgħu fuq quddiem nett tar-rivoluzzjoni diġitali, huwa essenzjali li s-settur privat isir protagonist biex jattira talent barrani biex jappoġja żvillupp teknoloġiku fl-istess waqt li jgħin sabiex jikber u jissaħħaħ it-talent lokali. Nawgura lil GO fil-pass li ħadu li se jservi ta’ punt ta’ referenza ġdid dwar kif kumpaniji Maltin jistgħu jkunu parteċipanti diretti u li jibbenefikaw minn inizjattivi marbuta ma’ teknoloġija ġdida. Nħares ’il quddiem li nara kumpaniji żgħar jibbenefikaw minn dan il-fond li se jikkontribwixxi lejn l-ekonomija diġitali ta’ pajjiżna”, qal is-Segretarju Parlamentari Schembri.

    Hu qal li bħala Gvern se nkomplu bil-ħidma tagħna biex insaħħu n-nazzjon tagħna minn aspetti differenti, insostnu l-innovazzjoni li meta tkun inkoraggita u appoġjata tkompli tikkontribwixxi lejn il-vantaġġ kompetittiv ta’ pajjiżna. Il-fond ta’ €2 miljun ta’ GO Ventures għal kumpaniji żgħar fil-qasam tat-teknoloġija jservi bħala għajnuna għal dawn il-kumpaniji li għad qed jidentifikaw modi biex jimplimentaw l-proġetti diġitali relatati ma’ teknoloġiji emerġenti. 

    Nikhil Patil, Kap Eżekuttiv tal-GO, qal li diġà hemm domanda kbira għal dan il-fond. Fil-fatt, mindu tnieda waqt DELTA Summit, GO kien qed isegwi mill-qrib numru ta’ ideat u beda diskussjonijiet dwar uħud mill-proġetti ta’ interess. ‘Illum il-ġurnata Malta toffri għadd ta’ servizzi lill-kumpaniji żgħar, madanakollu jaffaċċjaw problema komuni biex isibu sorsi lokali ta’ finanzjament u investiment. Il-GO Ventures Start Up Tech Fund se jgħin biex tkun indirizzata din l-isfida u billi ssir ħidma ma’ msieħba oħra, GO irid li jkun ta’ joħloq ekosistema Maltija ta’ investiment fl-innovazzjoni’, qal Nikhil Patin. 

    Stefan Briffa, li qed imexxi l-proġetti ta’ GO Ventures, ta spjegazzjoni dwar kif ser jaħdem il-fond. Spjega li l-pakkett ta’ investiment ta’ GO Ventures jinkludi għajnuna finanzjarja, spazju miftuħ minn fejn tista’ ssir il-ħidma, aċċess għas-servizzi tal-GO marbuta ma’ telekomunikazzjoni u cloud, aċċess għal swieq, networks u taħriġ.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0