Malta l-iktar sigura għan-nisa fl-Ewropa, u t-tieni l-aktar sigura fid-dinja

  • Apr 18, 2019 18:35
  • Miktub minn iNews
"

    Malta hija meqjusa fost l-aktar pajjiżi siguri għan-nisa. Dan ħareġ minn statistika li kienet ippubblikata minn New World Health.

    Ir-rapport li sar mill-grupp ta’ riċerka li huwa bbażat f’Johannesburg, fl-Afrika t’Isfel, Malta hija t-tieni l-aktar post sigur fid-dinja wara l-Awstralja. “Is-sigurtà tan-nisa huwa l-aħjar mod kif wieħed jista’ jiddetermina l-potenzjal ta’ tkabbir tal-ġid ta’ pajjiż,” jispjega r-rapport.

    Minn 195 pajjiż li kienu kkunsidrati fir-rapport, 58 biss kellhom statistika dwar kriminalità li setgħet tiġi fdata.

    Ir-riżultati u l-gradwatorja tal-pajjiżi kienet ibbażata fuq fuq il-perċentwal tal-popolazzjoni li kien safa vittma għal reati relatati ma’ stupru, traffikar uman, skjavitù, u attakki ġenerali fuq in-nisa matul din l-aħħar sena.

    Bliet kbar Ewropej bħal Pariġi u Londra raw tnaqqis fis-sigurtà tan-nisa matul dawn l-aħħar snin.L-indiċi jindika wkoll l-aktar pajjiżi siguri għan-nisa skont ir-reġjun, b’Malta tkun meqjusa bħala l-aktar sigura għan-nisa fl-Ewropa.

    Il-ħames l-aktar pajjiżi sguri għan-nisa fuq skala dinjija huma: l-Awstralja, malta, l-Iżlanda, New Zealand, u l-Kanada.

    Min-naħa l-oħra l-aktar pajjiżi siguri għal nisa fl-Ewropa huma: Malta, Monaco, l-Iżlanda, u l-Iżvizzera. Fl-Ażja Paċifika l-aktar pajjiżi siguri huma: l-Awstralja, New Zealand, il-Ġappun u l-Korea t’Isfel.

    Fl-Afrika l-pajjiżi l-aktar siguri huma l-Mauritius, il-Botswana u n-Namibia. Filwawt li fir-reġjun tal-Americas l-aktar siguri huma l-Istati Uniti u l-Kanada.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0