Rabja għal kummenti tal-President Franċiż li jinkorpora arkitettura moderna fir-restawr ta' Notre-Dame

  • Apr 18, 2019 19:17
  • Miktub minn iNews
"

    Politiċi Konservattivi Franċiżi esprimew it-tħassib tagħhom dwar il-prospettiva li arkitettura moderna taf tkun inkorporata mal-Katidral Notre-Dame wara li l-Gvern stieden biex jiġu sottomessi disinji għas-saqaf u l-kampnar li nqerdu għal kollox f’nirien qawwijin aktar kmieni din il-ġimgħa.

    Politiċi Repubblikani u minn ħdan il-partit tal-lemin estrem “National Rally” talbu lill-gvern biex jirrestawra l-katidral għall-istat tiegħu qabel ma nħakem min-nirien nhar it-tnejn filgħaxija.

    Il-President Franċiż Emmanuel Macron qed jippjana li x-xogħolijiet ta’ rikostruzzjoni fuq il-Katidral jitlestew sa ħames snin oħra, użied jgħid li “element ta’ arkitettura moderna tista’ tiġi mmaġinata”.

    “Ejjew inwaqqfu din il-ġennata. Jeħtieġ li jkollna rispett assolut għall-wirt ta’ Franza,” saħaq il-politiku Jordan Bardella f’kumment li ta lil LCI Channel.

    Il-bini tal-Katidral Notre-Dame kien beda f’nofs it-12-il sekluu x-xogħlijiet kienu damu madwar 200 sena sakemm eventwalment ġew fi tmiemhom.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0