Atti sesswali fil-miftuħ f’Kennedy Groove

  • Apr 20, 2019 08:27
  • Miktub minn Carmen Cachia
"

    Persuni viċin dan is-sit ilmentaw dwar attivitajiet sesswali li qegħdin iseħħu b’mod regolari fil-park ta’ Kennedy Grove, f’San Pawl il-Baħar. Jingħad li koppji, x’aktarx barranin, qegħdin imorru fid-dlam moħbija bejn is-siġar biex jagħmlu atti sesswali “fil-miftuħ”.

    Fl-ilment dawn il-persuni qalu li hemm min ikun f’Kennedy Groove ġurnata sħiħa mbagħad ma’ nżul ix-xemx imorru f’żoni mwarrba fost is-siġar biex ikollhom x’jaqsmu. Jidher li din it-trasgrezzjoni qiegħda ssir b’mod regolari minn għadd ta’ koppji, attività lleċita li fl-imgħoddi kienet popolari li ssir fil-ġonna ta’ Hastings, fil-Belt Valletta.

    Jingħad li dan mhux qiegħed isir biss minn żgħażagħ b’moħħhom fir-riħ, iżda anke minn koppji adulti. “Niftakar darba minnhom konna telgħin ‘il fuq lejn in-naħa tal-funtana fejn hemm il-ħanut li tista’ tixtri minnu għax kont bil-għatx. Aħna u telgħin, fuq in-naħa tal-ġnub fejn hemm qisu kuridur bis-siġar, smajna ċertu għajjat li mill-ewwel kien ovvju x’kienu qegħdin jagħmlu u verament inħsadna.”

    F’Kennedy Groove hemm żoni fejn huma pjuttost maqtugħa għalihom u li ma tantx imorru nies fihom. Huma qalu li, “bejn wieħed u ieħor żgur li dawn l-atti sesswali f’dan il-post pubbliku qegħdin isiru minn tal-inqas darba fil-ġimgħa. Hemm min jażżarda jagħmel is-sess pjuttost kmieni, pereżempju fis-sitta ta’ filgħaxija, mentri oħrajn jippreferu ma jirriskjawx u għalhekk jistennew li jidlam.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0